Stqarrija tal-Grupp tal-Ħaddiema dwar il-kriminalizzazzjoni tas-solidarjetà

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Fid-dawl tas-sitwazzjoni umanitarja ddisprata fil-Mediterran, ikkaratterizzata minn nuqqas ta’ rispett għall-prinċipji u l-valuri tal-UE u li marret għall-agħar f’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Grupp tal-Ħaddiema jsostni li:

  • s-solidarjetà MHIX u qatt mhi se tkun reat
  • is-salvataġġ tal-ħajjiet hija l-iktar obbligu importanti tal-bniedem kemm moralment kif ukoll fir-rigward tal-liġi internazzjonali
  • l-azzjoni umanitarja u l-attività altruistika tas-soċjetà ċivili qatt m’għandhom jiġu kriminalizzati
  • li l-immigrazzjoni m’għandhiex tintuża bħala strument politiku.

Il-Grupp tal-Ħaddiema jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għal – u s-solidarjetà ma’ – dawk l-organizzazzjonijiet, l-irġiel u n-nisa kollha li jaġixxu biex isalvaw il-ħajjiet. (prp)