Is-Semestru Ewropew u approċċ ġdid ta’ governanza huma kruċjali għall-politika ekonomika futura tal-UE

L-UE għandha ġġedded is-sistemi tagħha ta’ koordindazzjoni tal-politika ekonomika u ta’ governanza abbażi ta’ strateġija ġdida tal-UE, għal wara l-2020, għall-iżvilupp sostenibbli, sabiex iżżid l-effiċjenza tal-azzjonijiet u s-sostenibbiltà tar-riżultati, jgħid il-KESE.

F'dan il-kuntest, f’Opinjoni adottata reċentement, il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li jinbnew rabtiet aktar b’saħħithom bejn is-Semestru Ewropew u l-finanzjament ta’ koeżjoni taħt il-QFP li jmiss. Huwa jemmen li dawn ir-rabtiet għandhom potenzjal kbir li jtejbu l-koordinazzjoni u l-governanza tal-politika ekonomika tal-UE.

Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li sistema mġedda ta’ governanza tal-UE għandha tiddependi aktar fuq il-fehim tagħha tas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-kooperazzjoni magħhom, u ssaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika f’diversi livelli. F’dan il-kuntest, huwa jipproponi li jiġi stabbilit ċentru ta’ informazzjoni tal-KESE għall-partijiet interessati.

Opinjoni oħra tal-KESE tappella għal rabtiet aktar mill-qrib bejn il-FEIS, is-suċċessur tiegħu – il-programm InvestEU – u l-programmi ta’ investiment oħrajn Ewropej jew nazzjonali. Hija tirrakkomanda li jiġu stabbiliti miri ta’ investiment ċari, simplifikazzjoni regolatorja u gwida ulterjuri sabiex jinkiseb bilanċ ġeografiku u settorjali akbar fil-qafas tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa.

Jekk l-UE tuża s-Semestru Ewropew bħala l-aktar element importanti tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, huwa jkun jista’ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet. (jk)