“Fid-Difiża tad-Diversità”

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Żort Auschwitz-Birkenau diversi drabi, u kull darba ħassejtni maħkum mill-orrur u d-diżumanità li l-bnedmin huma kapaċi jikkaġunaw fuq sħabhom il-bnedmin. Iżda hemm ukoll sentimenti oħra li jinbidlu ma’ kull żjara. Forsi kien mistenni u fil-fatt mixtieq, li ż-żjara tal-Presidenza estiża tal-KESE fil-kampijiet ta’ konċentrament fit-12 ta’ Ġunju għenitna nirriflettu mhux biss dwar il-passat, iżda wkoll ħafna dwar il-preżent u l-futur.

Illum, il-preżenza populista u nazzjonalista fl-Ewropa qed tiżdied. Wieħed irid biss jaħseb fl-elezzjonijiet reċenti fl-Ungerija, l-Italja, l-Awstrija, il-Ġermanja u s-Slovenja. Il-vot populista fl-Istati Membri tal-UE żdied minn medja ta’ 8,5 % fl-2000 għal aktar minn 24 % illum, fejn laħaq l-ogħla livell. Mingħajr dubju, biex tingħeleb din it-tendenza li dejjem qed tikber, l-UE u l-valuri tagħha għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Madankollu, l-UE bħala istituzzjoni ma tistax tipprovdi t-tweġibiet kollha. Neħtieġu wkoll li ċ-ċittadini Ewropej u s-soċjetà ċivili organizzata jintensifikaw l-azzjoni tagħhom. Biex jilħqu u jinvolvu fi djalogu lil dawk imħajra minn l-estremiżmu – biex jgħinu jerġa’ jinkiseb ekwilibriju bejn is-soċjetajiet u s-sistemi politiċi tagħna.

Fi ħdan il-Grupp Diversità Ewropa dan ir-rwol niħduh b’serjetà kbira. Hija r-responsabbiltà tagħna, u permezz tal-għarfien espert u l-kreattività tal-Grupp tagħna aħna ser inkomplu nikkontribwixxu għal Ewropa paċifika sostenibbli, l-ibbilanċjar tal-progress soċjoekonomiku mat-taffija tal-faqar u r-rispett għall-ambjent. Se jkunu l-bdiewa, l-ambjentalisti, l-SMEs, il-professjonisti liberi, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani eċċ. li se ‘jitkellem’ u maċ-ċittadini Ewropej u għalihom. Fil-ħidma ta’ kuljum tal-Kumitat, iżda wkoll b’kontribut għall-abbozz tal-pjan direzzjonali tal-KESE Minn Krakovja għal Sibiu u lil hinn, li għandu l-għan li jispjega l-viżjoni tas-soċjetà ċivili tal-Ewropa ta’ għada. Ma ninsewx il-konferenza tal-Grupp tagħna f’Ottubru fl-Awstrija, dwar it-tema ‘Jistgħu l-progress ekonomiku u l-istabbiltà soċjali jikkuraw ix-xettiċiżmu dwar l-UE?’ Għax, fuq kollox, l-Ewropa tirrappreżenta ir-rispett reċiproku u l-ħarsien tad-diversità. Diversità li tibda fi ħdan il-Grupp tagħna stess, il-Grupp Diversità Ewropa.

Arno Metzler

President tal-Grupp Diversità Ewropa (Grupp III)