Studju dwar l-Implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

mill-EESC'sGrupp tal-Ħaddiema

Studju li sar mill-Osservatorju Soċjali Ewropew għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fuq talba mill-Grupp tal-Ħaddiema.

Il-Pilastru Soċjali għandu l-potenzjal li jiżgura d-drittijiet ġodda taċ-ċittadini, xi ħaġa meħtieġa ħafna wara snin ta’ kriżi u awsterità. Iżda f’liema stat huwa l-Pilastru Soċjali? Dan kellu impatt diġà? X’inhi t-triq li għandna nsegwu?

L-Unjoni Ewropea teħtieġ dimensjoni soċjali b’saħħitha biex tibbilanċja l-perspettiva ekonomika dominanti, u l-Pilastru jkopri dawn il-fatturi ewlenin fost il-prinċipji tiegħu. Il-perċezzjoni ġenerali tal-Pilastru hija pożittiva, iżda bi tħassib dwar in-natura mhux vinkolanti tagħha u b'mod partikolari dwar il-finanzjament, li għalih ir-riżorsi allokati mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFP) se jkunu kruċjali.

L-istudju wera li l-pilastru mso-ansi-language:EN-GB;mso-fareast-language:EN-US;mso-bidi-language:AR-SA"> diġà kelluimpatt sinifikanti fuq is-Semestru Ewropew 2018, fejn it-tabella ta’ valutazzjoni soċjali hija pass pożittiv minkejja li teħtieġ ftit irfinar.

Bħala rakkomandazzjonijiet, l-istudju wera li huwa importanti li jiġu żgurati pagi minimi diċenti, u aktar importanti minn hekk li tiġi żgurata paga li tiggarantixxu l-għajxien, waħda li tiżgura li l-ħaddiema verament jistgħu jgħixu biha. L-awturi jipproponu r-rata tar-riskju ta’ faqar bħala gwida biex jistabbilixxu pagi li jiggarantixxu l-għajxien filwaqt li tiġi adattata għal sitwazzjonijiet nazzjonali speċifiċi. (pr)

L-istudju huwa disponibbli hawn