Ħsejjes minn “Songs of Longing” immarkaw is-60 Anniversarju tal-KESE

L-avveniment kulturali biex jikkommemora u jiċċelebra s-60th anniversarju tal-KESE kien bla dubju rappreżentazzjoni artistika unika u memorabbli, li tikkombina diversi elementi tal-ispettru tal-industrija kulturali u kreattiva.

Organizzat f'kooperazzjoni ma’ La Monnaie Opera House, bħala parti mis-Sena Ewropea tal-Patrimonju Kulturali, l-avveniment "Songs of Longing”, taħt id-direzzjoni artistika ta' Airan Berg, ospita partijiet mill-proġett komunitarju li se jitnieda fil-bidu ta’ Ġunju.

Il-prestazzjoni kienet tikkonsisti f’nisġa ta’ tliet ensembles artistiċi, li kienu jinkludu mużika, żfin u teatru, li enfasizzat ir-rwol tal-kultura għall-preżent u l-futur tal-Ewropa kif ukoll il-messaġġ ewlieni tal-UE: "magħquda fid-diversità".

B’dal mod, din ikkombinat ukoll l-elementi varji li jiffurmaw il-qasam ewlieni ta’ fokus tal-KESE: il-politika soċjali u kwistjonijiet soċjali, l-ekonomija u l-kultura.

Artisti professjonali, kemm dawk li għadhom fil-bidu kif ukoll dawk magħrufa, ippreżentaw ix-xogħol tagħhom fuq l-istess palk, flimkien mal-membri tal-komunitajiet artistiċi li jgħixu u jaħdmu fi Brussell. Huma ħadu l-udjenza fuq vjaġġ madwar il-wirt kulturali divers tagħna, u wrew kif dan isaħħaħ il-kreattività kontemporanja; waqt li jmexxi t-tamiet għal ġejjieni bbażat fuq l-umanità konġunta.

"Songs of Longing" seħħ nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju quddiem sala ppakkjata f’Albert Hall.

Għal aktar informazzjoni idħolhawn (ck)