Il-Presidenza estiża tal-KESE żżur Krakovja, il-Polonja, fuq it-traċċi tal-memorja

Il-President Luca Jahier u l-presidenza estiża tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru l-Polonja fl-10, il-11 u t-12 ta' Ġunju 2018 għal laqgħa ta' tnedija tal-presidenza l-ġdida tal-KESE.

Il-President Luca Jahier u l-membri għażlu Krakovja fil-Polonja bħala post simboliku ta' memorja u biex jistimulaw u jarrikkixxu l-kultura tad-djalogu fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Matul iż-żjara fil-Polonja, il-membri tad-delegazzjoni ħadu sehem f'dibattitu fl-Università ta' Krakovja, fil-preżenza ta' intellettwali Pollakki. It-tema tad-dibattitu kienet ir-rikonċiljazzjoni permezz tal-memorja taż-żewġ pulmuni tal-Ewropa, li tagħti nifs ta' fehim kreattiv bejn l-Ewropa tal-Punent u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Il-membri tal-presidenza estiża tal-KESE taw ġieħ lill-vittmi tal-kamp tal-konċentrament ta' Auschwitz-Birkenau.

Il-Presidenza estiża hija magħmula minn: Luca Jahier, President tal-KESE, Milena Angelova, Viċi President responsabbli mill-Baġit, Isabel Caño, Viċi President responsabbli mill-Komunikazzjonit65r, Jacek Krawczyk, President tal-Grupp ta' Min Iħaddem, Gabriele Bischoff, President tal-Grupp tal-Ħaddiema, Arno Metzler, President tal-Grupp Diversità Ewropa. Il-presidenti tas-sezzjonijiet kienu wkoll preżenti: Stefano Palmieri, Ariane Rodert, Dilyana Slavova, Maurizio Reale, Christa Schweng, Pierre Jean-Coulon u Lucie Studničná. (eh)

Id-diskors tal-President Luca Jahier mogħti fil-konferenza fl-Università ta' Krakovja:

https://www.eesc.europa.eu/en/news-media/presentations/reconciling-central-eastern-and-western-europe-historical-memories-build-stronger-union