Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2018

L-Awstrija se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru 2018. "Ewropa li tipproteġi" huwa l-motto magħżul mill-gvern tal-Kanċillier Sebastian Kurz. Fost is-suġġetti tal-programm hemm: is-sigurtà u l-migrazzjoni, iż-żamma tal-kompetittività permezz tad-diġitalizzazzjoni, l-istabbiltà fil-viċinat u t-tqarrib tal-Balkani tal-Punent lejn l-UE. Il-Presidenza se tkompli n-negozjati dwar il-Brexit. Qabel l-irtirar finali tar-Renju Unit mill-UE, skedat għad-29 ta' Marzu 2019, il-parlamenti nazzjonali kollha fl-Istati Membri tal-UE għandhom jirratifikaw ftehim finali dwar il-Brexit. Il-Presidenza tal-UE se tkompli wkoll in-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Gernot Blümel se jkun mistieden mill-KESE fis-sessjoni plenarja ta' Lulju (11 u 12 ta' Lulju 2018) biex jippreżenta l-programm ta' ħidma u jwieġeb mistoqsijiet mill-membri tal-KESE. (eh)