Fl-1 ta' Lulju 2018, il-mandat ta' Peter Lindvald-Nielsen bħala Kap tad-Dipartiment għall-Komunikazzjonijiet wasal fi tmiemu

Għal għaxar snin, Peter Lindvald-Nielsen ħadem mal-uffiċjali tal-istampa u esperti oħra fl-oqsma tal-immaġni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, id-disinn grafiku u l-midja soċjali. Kien żmien ta' titli tal-widna, artikli kemm qosra kif ukoll twal, stqarrijiet għall-istampa, avvenimenti politiċi, soċjali, kulturali u gastronomiċi, xogħol iebes, taħdit u, l-aktar importanti, ħafna daħk flimkien. Il-motto ta' Peter huwa li jgħaqqad lin-nies permezz tad-daħk għaliex m'hemm xejn aktar uman milli nidħku flimkien. Peter arrikkixxa l-lingwa tagħna, billi ħeġġiġna ngħidu IVA minflok LE, INVESTI minflok ONFOQ u SOLUZZJONI minflok PROBLEMA.

Xi drabi, huwa jniżżel b'mod diskret fin-nowtbuk żgħir tiegħu frażijiet li jispikkaw bħal din ta' Hermann van Rompuy, li matul is-sessjoni li timmarka s-60 anniversarju tal-KESE, qal: "Aħna ma nistgħux nibdlu l-passat, iżda nistgħu nibdlu l-futur".

Għażiż Peter, aħna nixtiqulek ħafna opportunitajiet għad-daħk! U jekk jogħġbok ikteb fin-notebook kannella tiegħek li aħna se niftakruk bħala Direttur bieżel dejjem jitbissem u bħala Ħabib tagħna.

Fl-1 ta’ Lulju 2018 Peter Lindvald-Nielsen inħatar Direttur Onorarju tad-Dipartiment tal-Komunikazzjoni fil-KESE (eh)

Seba' mistoqsijiet għal Peter Lindvald-Nielsen

  1. Matul il-karriera tiegħek fl-UE liema kien dak il-mument li fih ħassejtek l-aktar ferħan?

Meta għamilt xogħol li għamel differenza u fl-istess ħin rajt lil marti u lil uliedi ferħanin bil-ħajja fil-Belġju

  1. X'kienet l-aktar skoperta sorprendenti fil-ħajja professjonali tiegħek fl-UE?

L-involviment u l-impenn fost il-kollegi. Il-ħidma fl-istituzzjonijiet mhix impjieg ta' mid-9 sal-5 u hawn trid taħdem għal sigħat twal mingħajr ma toqgħod tilmenta.

  1. Jekk illum ikollok tiltaqa' ma' persuna żagħżugħa, ngħidu aħna ta' 20 sena, meta l-Ewropa qed tiffaċċja l-akbar sfidi li qatt kellha, x'tgħidilha rigward il-futur?

Ibqa' pożittiv, iżda tieħux il-ħajja tiegħek bħala ovvja. Involvi ruħek fis-soċjetà, kun responsabbli u ttratta lill-oħrajn kif tridhom jittrattaw lilek.

  1. X'messaġġ tixtieq tgħaddi lis-suċċessur tiegħek?

Aħdem MAN-nies, mhux KONTRA n-nies. Dan jagħtik sodisfazzjon akbar u huwa aktar produttiv.

  1. Liema huwa l-aktar element importanti tal-karattru tan-nies responsabbli għall-komunikazzjoni?

Kun robust, minħabba li kulħadd huwa espert fil-Komunikazzjoni. Żomm moħħ miftuħ mingħajr ma tkun inġenwu u kun lest li jkollok taħdita ma' nies li ma tafx.

  1. Min huma l-eroj favoriti tiegħek f'ħajtek?

Marti, għax aċċettat volontarjament li titlaq mill-impjieg tagħha fid-Danimarka u li tiġi tgħix miegħi l-Belġju, 'il bogħod mill-familja u mill-ħbieb, u li trabbi lil uliedna hawnhekk.

  1. X'inhu l-motto favorit tiegħek?

"Id-dinja ma ddurx bl-imħabba iżda tagħmel id-dawra vallapena"

(Bid-Daniż: Kærlighed får ikke Jorden til at dreje rundt, men kærlighed gör det værd at tage turen med)

     Intervista ma' Ewa Haczyk-Plumley, l-14 ta' Ġunju 2018, fi Brussell