Reġjuni li qed jelimaw il-faħam fl-Ewropa: il-KESE jagħti ħarsa mill-qrib lejn il-Ġermanja

L-ewwel Round table dwar ir-reġjuni tal-Faħam fi tranżizzjoni saret fid-29 ta’ Mejju 2018 fi Grevenbroich, il-Ġermanja. Fid-diskussjoni ħadu sehem numru ta’ atturi lokali, flimkien ma’ membri tal-KESE u rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-kelliema spjegaw is-sitwazzjoni fiż-żona tal-estrazzjoni tar-Renu, li qed tiġi affettwata minn bidliet strutturali. Il-parteċipanti saħqu li kien hemm bżonn ta’ approċċ preventiv u preparazzjoni għat-tranżizzjoni. Il-ħolqien ta’ alternattivi għall-faħam hija sfida ewlenija u wieħed mill-għanijiet ewlenin għar-reġjun huwa li jibqa’ attur ewlieni fil-provvista sikura tal-enerġija lill-Ġermanja.

Il-muniċipalitajiet għandhom rwol importanti biex jinfurmaw lin-nies u jgħinuhom jifhmu s-sitwazzjoni. Il-kelliema enfasizzaw li l-fatturi ewlieni għall-ilħuq tal-għanijiet kienet il-flessibbiltà tas-sistema, u li kien importanti li jiġu analizzati aspetti transreġjonali, transindustrijali u transsettorjali.

Il-provvista tal-enerġija hija l-aktar parti kritika min-netwerks tal-provvista kollha, iżda il-konnessjonijiet bejn is-setturi differenti - eż. il-plastiks, it-traffiku, il-produzzjoni tal-gass - jistgħu jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista. Ġew ippreżentati proġetti dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ u l-ġestjoni tal-enerġija deċentralizzata. Wara d-diskussjoni, il-parteċipanti żaru l-minjiera fil-miftuħ ta’ Garzweiler. (sma)