Il-membru Finlandiż tal-KESE Pirkko Raunemaa tirċievi l-Premju Delegat tas-Sena 2018 tal-Interpreti

Pirkko Rauneamaa, membru Finlandiż tal-Grupp Ewropa Diversa tal-KESE, ġiet ippreżentata bil-Premju Delegat tas-Sena 2018 mill-interpreti Finlandiżi tal-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju fi Brussell.

Il-premju nħoloq biex jintwera l-apprezzament għad-delegati Finlandiżi li jitkellmu l-Finlandiż matul il-laqgħat tal-UE, biex jiġi difiż l-istatus tal-Finlandiż u għal kooperazzjoni attiva mal-interpreti sabiex jgħin biex tiġi żgurata interpretazzjoni ta’ kwalità għolja tad-diskorsi tagħhom.

Pirkko Raunemaa ilha membru tal-KESE mill-2006. Matul il-karriera tagħha fil-qasam tas-sigurtà alimentari, hija rrappreżentat lill-Finlandja f’ħafna fora internazzjonali inkluża l-kummissjoni Codex Alimentarius tan-NU u l-bord tal-EFSA.(dm)

Fir-ritratt, mix-xellug għal-lemin: il-membru tal-KESE Pirkko Raunemaa u l-interpreti Finlandiżi Veijo Kruth u Tarja Kallio