
Għeżież qarrejja,
Fl-aħħar ta’ Ġunju, sellimna lill-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u, bħal dejjem, semestru ġdid ifisser presidenza ġdida. Għat-tielet darba fl-istorja tagħha, il-Finlandja tieħu f’idejha l-presidenza b’rotazzjoni, din id-darba bis-slogan “Ewropa Sostenibbli, Futur Sostenibbli”. Ninsab konvint: Il-Finlandja se tkun qed taħdem qatigħ biex it-tmexxija globali tal-UE fl-azzjoni dwar il-klima ssir realtà fil-prattika.