Milena Angelova mill-Bulgarija, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem, se tkun wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għal terminu ta’ sentejn u nofs bejn l-2018 u l-2020. Hija se tkun responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.
Wara li ġiet eletta, il-Viċi President responsabbli għall-baġit, Milena Angelova, qalet: "Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu rwol uniku u kruċjali peress li huwa f’pożizzjoni li jippreżenta veduta bbilanċjata tal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili organizzata dwar kif għandna naħdmu flimkien b’mod iktar effettiv sabiex niksbu Ewropa iktar unita u iktar federali, li tkun kapaċi tagħmel l-aħjar użu tal-opportunitajiet li nħolqu permezz tar-Raba’ Revoluzzjoni Industrijali, l-intelliġenza artifiċjali u d-diġitalizzazzjoni, u biex inlaħqu mal-isfidi ta’ iktar biża’, il-ksenofobija u l-migrazzjoni. Għandna nimmiraw għal Ewropa aktar iffukata u aktar effettiva u li "isir anqas b’aktar effiċjenza”. F’dan ir-rigward, nemmen li l-motto tal-Presidenza Bulgara attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea — United we stand strong – huwa direttament rilevanti u għandu jiġi mħaddan bis-sħiħ."
Ikklikkja hawn għall-profil tas-Sinjura Milena Angelova (sg)