Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Huwa pjaċir għalija, bħala l-Viċi President il-ġdid tal-KESE għall-Komunikazzjoni, li niftaħ din l-edizzjoni speċjali tal-bullettin tagħna ddedikata għat-tiġdid ta’ nofs it-term tal-pożizzjonijiet l-aktar għoljin tal-KESE.

Matul is-sessjoni plenarja ta’ April, il-KESE ħatar tmexxija ġdida biex tmexxi l-ħidma tiegħu matul is-sentejn u nofs li ġejjin, b’Luca Jahier bħala l-President tiegħu. F’dan is-suppliment, qed nippreżentawlkom l-ismijiet u l-uċuh li ser jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili Ewropea fl-ogħla livell u jesprimu fehmietkom, iwasslu l-għarfien espert tagħkom u jsemmgħu t-tħassib tagħkom fi Brussel fit-tletin xahar li ġejjin.

Fil-qosor

Wiċċ ġdid tal-Bureau tal-KESE

Sa mit-18 ta’ April, il-KESE għandu kemm Bureau mġedded, kif ukoll President u Viċi Presidenti ġodda.

 

Aħbarijiet tal-KESE

rEUnaissance: Il-President il-ġdid tal-KESE, iwiegħed li jerġa’ jqajjem l-impenn ċiviku favur Ewropa sostenibbli

It-taljan Luca Jahier ġie elett bħala t-32 President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), li ser imexxi għas-sentejn u nofs li ġejjin, flimkien maż-żewġ viċi presidenti ġodda tiegħu, Milena Angelova (Bulgarija) għall-baġit u Isabel Caño Aguilar (Spanja) għall-komunikazzjoni.

 

Il-membru Spanjol Isabel Caño Aguilar ġiet eletta bħala Viċi President tal-KESE għall-komunikazzjoni

Isabel Caño Aguilar minn Spanja, membru tal-Grupp tal-Ħaddiema, se tkun wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għal terminu ta’ sentejn u nofs bejn l-2018 u l-2020. Hija se tkun responsabbli għall-kwistjonijiet ta' komunikazzjoni. Hija se tokkupa waħda mill-ogħla pożizzjonijiet fil-KESE flimkien mal- President elett il-ġdid Luca Jahier, mill-Italja, eks-President tal-Grupp ta’ Interessi Varji, u l-Viċi President Milena Angelova mill-Bulgarija, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem, li se tkun il-Viċi President għall-kwistjonijiet baġitarji.

Il-membru Bulgaru Milena Angelova hija l-Viċi President il-ġdid tal-KESE għall-baġit

Milena Angelova mill-Bulgarija, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem, se tkun wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għal terminu ta’ sentejn u nofs bejn l-2018 u l-2020. Hija se tkun responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

Aktar nisa fi rwoli ta’ tmexxija tal-KESE

Miż-żewġ Viċi Presidenti l-ġodda sal-kapijiet ġodda tal-affarijiet soċjali u l-affarijiet tal-konsumatur sat-tim tal-President, it-tmexxija l-ġdida tal-KESE tinkludi bosta nisa.

 

Il-presidenza tal-KESE u l-presidenti tal-gruppi u tas-sezzjonijiet 2018–2020

Ara hawn taħt l-organigramma l-ġdida tal-Presidenza estiża tal-KESE