Episodju 7: Nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-industrija Ewropea tal-ajru

L-industrija Ewropea tal-ajru se terġa’ tiġi fuq saqajha, peress li tinsab maqbuda bejn il-kriżi tal-coronavirus u dik klimatika? Nisimgħu l-fehmiet ta’Thomas Kropp, konsulent għoli ta’ Lufthansa u relatur tal-KESE dwar it-tneħħija tar-regoli dwar is-slots tal-ajruporti matul il-COVID-19, Saim Saeed, relatur dwar il-mobbiltà fi ħdan Politico Europe, u Agathe Bounfour, inkarigata mill-politiki dwar it-trasport fi ħdan Climate Action Network France.

Mill-pinna ta’ ...

It-taqsima tagħna “Mill-pinna ta’…” mimlija varjetà. Mingħand il-membri waslulna testimonjanzi ġodda mimlijin b’sinċerità, xewqa għal djalogu u bżonn li jaqsmu l-esperjenzi.

Nirringrazzjaw lil Martina Širhalová, Lucie Studničná, Judith Vorbach, Lidija Pavić-Rogošić, Maurizio Reale, Arnold Puech D’Alissac, José María Zufiaur Narvaiza, Carlos Trias Pintó u Yves Somville li qasmu magħna l-emozzjonijiet tagħhom matul dan il-perjodu mhux mistenni fejn kważi kellna nerġgħu nitgħallmu kif nimlew il-ġurnata tagħna.

Nistednukom taqraw u tgawdu s-siltiet mill-ħajja u l-istejjer tal-awturi tagħna. Minkejja d-differenzi lingwistiċi, kulturali u ġeografiċi, hemm ħaġa waħda komuni f’dawn it-testimonjanzi, naraw fihom ilkoll l-istess xewqa li jiskopru u jiddefinixxu x’inhuwa verament importanti fil-ħajja.

Dawn l-artikoli kollha huma disponibbli hawnhekk: https://www.eesc.europa.eu/fr/news-media/eesc-info/072020#a80402

Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Brexit tal-ebda ftehim ser iwassalna għal diżastru ekonomiku

Għeżież qarrejja,

Tlestew erba’ ċikli ta’ taħdidiet dwar il-Brexit minkejja l-isfidi ppreżentati mill-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, ftit li xejn għamilna progress.

Wara t-tħabbira formali tar-Renju Unit li mhux se tipprova testendi l-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ wara l-Brexit għal wara tmiem din is-sena, il-laqgħa ta’ livell għoli fil-15 ta’ Ġunju bejn il-Prim Ministru Boris Johnson u t-tliet Presidenti tal-UE rat liż-żewġ naħat jaqblu li huwa urġenti li jintemm l-istaġnar fin-negozjati dwar ir-relazzjoni futura u li jinħolqu l-kundizzjonijiet l-aktar probabbli li jwasslu għal ftehim ratifikat sa tmiem l-2020.

Dati tad-Djarju

1 ta’ Lulju 2020

Ejjew nitkellmu dwar iż-Żgħażagħ, l-Impjiegi u l-COVID-19! - webinar

15 - 16 ta’ Lulju 2020, Brussell

Sessjoni plenarja tal-KESE

Dessine - moi...

Maurizio Reale: “Nirringrazzjaw lill-bdiewa”

Il-perjodu tiegħi ta’ tbegħid soċjali għextu b’diversi emozzjonijiet, fejn l-ewwel stadju kien wieħed ta’ tħassib kbir dwar l-effetti tal-pandemija f’pajjiżi u, ftit ġimgħat wara, fil-bqija tal-Unjoni Ewropea, u t-tieni stadju kien wieħed ta’ riflessjoni dwar kif l-aħjar tiġi ttrattata din it-traġedja, li jiena qatt ma ħsibt li se jkolli nesperjenza tul ħajti.

Lucie Studničná : Jaqbiżli d-dmugħ meta nara din l-isplużjoni ta’ solidarjetà

L-esperjenza tiegħi matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat – li tixbah ħafna lil tal-oħrajn – kienet unika u pożittiva ħafna.

Fil-11 ta’ Marzu ġejt lura minn Brussell tard billejl u ħassejtni għajjiena ħafna. Kien ovvju li ma konniex se nivvjaġġaw fil-jiem ta’ wara minħabba t-theddid mhux magħruf mill-COVID-19, u kont kuntenta dwar l-opportunità mhux mistennija li nqatta’ ftit jiem ta’ kwiet fl-uffiċċju tiegħi. Iżda l-affarijiet ħadu xejra differenti.

Carlos Trias Pinto: din il-kriżi hija twissija ħarxa li hemm bżonn li nibdlu l-mod kif ngħixu

Fil-bidu, it-tħassib tiegħi kien li niġbor lill-familja flimkien, peress li t-tifel il-kbir tiegħi kien qiegħed jistudja fl-Istati Uniti. Il-mument fejn il-familja kollha kienet flimkien kien mument ta’ ispirazzjoni. Il-lockdown inizjali ppermetta li jkollna għaxijiet bejn il-familja, bil-films u l-logħob, eċċ., minkejja li dan kollu kien miksi bit-tħassib. F'dak iż-żmien Madrid kienet waħda mill-bliet Ewropej l-aktar milquta. Is-sistema tas-saħħa kienet qed tikkrolla, in-nuqqas ta’ materjal tas-saħħa obbliga lis-sħabi tobba jaħslu l-maskri tagħhom, għax ma kienx hemm żejda. L-infezzjoni nfirxet malajr, fosthom u fost familthom. Minkejja dan, is-sentiment ta’ komunità pprevala u kuljum fit-8 p.m. kien jinstema ċ-ċapċip mill-gallariji ta’ Madrid.

Martina Širhalová: L-għan komuni tagħna għandu jkun li jinżamm l-akbar għadd possibbli ta' impjiegi

F’dawn l-aħħar ġimgħat għaddejt minn ħafna. Madankollu, xorta waħda għandi sentimenti mħallta ħafna u diversi fehmiet dwar il-COVID-19, li fid-dawl taċ-ċirkostanzi jidhru li huma normali ħafna.

Judith Vorbach: id-dominanza tad-dinja online matul il-kriżi tal-coronavirus

Għadni niftakar tajjeb ħafna dakinhar li waqfet il-ħajja pubblika, kien il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu. L-atmosfera fit-toroq ta’ Linz ma kinitx tas-soltu, kienet waħda ta’ tensjoni. Kien hemm “xi ħaġa” insolita fl-arja u fil-fatt ma damx ma segwa l-lockdown.

Lidija Pavić-Rogošić: Meta jolqot terremot f’nofs pandemija

Għaddew tliet xhur minn meta ġie impost il-lockdown. Issa l-bliet qed jiftħu mil-ġdid, u huwa żmien tajjeb biex nirriflettu fuq dak li ġara, hekk kif il-virus li jinfirex b’ritmu mgħaġġel laqat l-aspetti kollha tal-ħajja personali u komunitarja tagħna.

Arnold Puech d’Alissac: “Tlifna l-klijenti kollha tagħna li huma sidien ta’ restoranti, iżda l-bejgħ mir-razzett irdoppja”

Ġurnalisti spjegaw lill-Franċiżi li hekk kif il-lockdown infirex mal-Unjoni Ewropea kollha, Franza kellha tħejji ruħha.

José María Zufiaur: Il-ħajja matul il-konfinament

Qattajt dawn ix-xhur nhewden dwar jekk quddiem dil-kriżi l-UE hiex se taġixxi b’mod konsistenti mal-proġett inizjali tagħha u mal-istruttura tagħha, li huma l-frott ta’ valuri speċifiċi, suq uniku u żona monetarja li tiġbor fiha l-maġġoranza tal-Istati Membri tagħha.

Yves Somville: dak li tgħallimt mill-kriżi

Peress li noqgħod fil-kampanja u għandi l-passjoni tal-ġardinaġġ, ikolli nammetti li ma batejtx wisq bil-lockdown, apparti l-fatt li ma stajtx inżur lill-għeżież tiegħi, lil tal-familja u l-ħbieb.

Evangelia Kekeleki: Żguraw li l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess ugwali għat-terapiji bit-tilqim u għat-testijiet dijanjostiċi

Għalija ma kinitx diffiċli noqgħod ġewwa waqt il-lockdown. Kien hemm numru ta’ affarijiet
li kont ipposponejt għal numru ta’ snin. U sibt il-ħin biex nagħmilhom u
kont kuntenta li rnexxieli neħles minnhom. Ir-ritratti u t-tifkiriet li kont ġbart mid-djar tal-ġenituri tagħna kienu kollha mħalltin, u allura irranġajthom f’ordni.

Għalija kienet esperjenza emozzjonali ħafna. Żammejt ruħi okkupata bl-attivitajiet li xtaqt nagħmel fil-passat, bħall-artiġjanat, il-ħami, it-tisjir, il-manifattura tal-likuri Griegi tradizzjonali, il-ġammijiet u l-ippriżervar - l-affarijiet li normalment ma jkollix ħin għalihom meta nkun qed nipprova nlaħħaq mal-impenji tax-xogħol tiegħi.

Pubblikazzjonijiet Ġodda

Id-Demokrazija Parteċipattiva – Storja ta’ suċċess miktuba mill-KESE

Pubblikazzjoni reċenti tal-KESE tiġbor flimkien l-opinjonijiet u r-rapporti kollha, li matul dawn l-aħħar tletin sena ppermettaw lill-KESE u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jsaħħu d-demokrazija parteċipattiva u jsiru atturi ewlenin fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropew.

Aħbarijiet tal-KESE

Michel Barnier: “Ma nistgħux naċċettaw it-tentattivi tar-Renju Unit li jagħżel partijiet mill-benefiċċji tas-Suq Uniku tagħna”

Fis-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Ġunju, il-KESE laqa' lis-sur Michel Barnier, kap tat-task force tal-UE għar-relazzjonijiet mar-Renju Unit, f'dibattitu dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati dwar il-Brexit.

Il-proposti tal-KESE għall-irkupru u r-ristrutturar wara l-COVID-19: lejn mudell ġdid tas-soċjetà

Matul is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Ġunju, il-KESE adotta riżoluzzjoni li fiha proposti għall-irkupru u r-ristrutturar wara l-COVID-19. Din tissuġġerixxi li  l-kriżi titqies bħala opportunità biex jinbena mudell ġdid tas-soċjetà: “Ma nistgħux sempliċiment nerġgħu lura għal dak li kellna fil-passat: irridu nirristrutturawh u ntejbuh.”

Magħqudin għall-futur tal-Ewropa: issa wasal iż-żmien għall-azzjoni

Is-solidarjetà u l-kooperazzjoni fl-UE huma ċentrali biex l-ekonomija tiġi attivata mill-ġdid wara l-pandemija tal-COVID-19. Waqt li tkellmu fis-sessjoni plenarja ta’ Ġunju, Luca Jahier, il-President tal-KESE, u Elisa Ferreira, Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi, qablu li kien kruċjali r-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fil-pjan ta’ rkupru Ewropew tal-Kummissjoni u fil-proposta riveduta u aktar ambizzjuża tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Il-pass ewlieni li jmiss huwa li jitħaffu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom, huma stqarru.

"I can’t breathe". Il-KESE jagħti ġieħ lil George Floyd

Fl-10 ta’ Ġunju, eżatt qabel is-sessjoni plenarja, diversi membri tal-KESE u membri tal-persunal niżlu nkin biex jagħtu ġieħ lil George Floyd, ċittadin Amerikan li nqatel minn uffiċjal tal-pulizija f’Minneapolis. Qabel ma ġew osservati 8 minuti u 46 sekonda ta’ silenzju, il-President Luca Jahier ikkommemora lil George Floyd u lil dawk kollha li ġarrbu l-istess vjolenza matul is-snin.

Il-karba #Icantbreathe hija lezzjoni għalina lkoll biex nitolbu Ġustizzja kontra r-razziżmu

Dikjarazzjoni konġunta mill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-President tal-Grupp tal-KESE dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Istat tad-Dritt (FRRL)

Fil-25 ta’ Mejju, is-Sur George Floyd, ċittadin tal-Istati Uniti ta’ 46 sena, miet fgat waqt li kien qiegħed jiġi arrestat minn uffiċjal tad-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Minneapolis. Hekk kif l-immaġni xokkanti ta’ dan l-arrest brutali ta’ ċittadin Afro-Amerikan infirxu mad-dinja, kien hemm mewġa ta’ protesti li misset il-kuxjenza tan-nies.

Pjan ta' Investiment irid jilħaq l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku

L-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri għandhom jimplimtenaw rispons rapidu u allinjat ibbażat fuq is-solidarjetà għall-pandemija tal-coronavirus, filwaqt li jadottaw miżuri addizzjonali biex jippromovu investimenti sostenibbli bil-ħsieb li jiffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew, issuġġerixxa l-KESE f’pakkett ta’ Opinjonijiet reċenti.

Rispons għall-coronavirus: Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex taġġusta r-regoli prudenzjali bankarji tal-UE

Ir-regoli prudenzjali bankarji tal-UE jeħtieġ li jiġu emendati temporanjament sabiex ir-riżorsi jkunu jistgħu jiġu liberati u użati bl-aktar mod effettiv possibbli u b'hekk jindirizzaw il-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija tal-coronavirus, sostna l-KESE f’waħda mill-aħħar Opinjonijiet tiegħu.

Il-pjan ta’ rkupru 'Next Generation EU' – Eżempju ta’ solidarjetà fi żminijiet ta’ inċertezza

Fit-2 ta’ Ġunju, ftit jiem wara li l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal pjan ta’ rkupru ewlieni biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19, il-KESE organizza dibattitu online biex jivvaluta jekk il-pjan jiflaħx għall-isfida. Il-parteċipanti kollha qablu dwar l-importanza ta’ din l-inizjattiva ambizzjuża bħala eżempju ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri kollha tal-UE fi żminijiet ta’ inċertezza.

Il-COVID-19 tista’ ġġib bidla radikali għall-migrazzjoni?

Fl-20 ta’ Mejju, il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Luca Jahier, ospita webinar bit-titolu Il-migrazzjoni fi żminijiet tal-COVID-19, it-traġedja mhux minsija, qed tistenna l-Patt tal-UE l-ġdid.

Wasal iż-żmien li naċċelleraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Il-KESE jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ April, u jappoġġja r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew sabiex il-Patt Ekoloġiku Ewropew jitpoġġa fil-qalba tal-pakkett ta’ rkupru u rikostruzzjoni tal-UE li jmiss.

Aħbarijiet mill-Gruppi

In-negozji se jkollhom rwol kruċjali fl-indirizzar tal-kriżi tal-coronavirus

Minn Bellervo Kylä-Harakka-Ruonalam, membru tal-Grupp ta’ Min Iħaddem

Il-kriżi tal-coronavirus bidlet l-ambjent operattiv tan-negozji b’mod radikali. In-negozji esperjenzaw problemi ta’ likwidità, interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista u ostakli għall-moviment liberu tal-persuni, l-oġġetti u s-servizzi. Madankollu, ladarba tiġi megħluba l-agħar kriżi, se jkunu n-negozji li se jagħtu spinta lill-irkupru tal-ekonomija tal-UE. Għalhekk, l-indirizzar tal-kriżi tal-coronavirus se jinvolvi sforz konġunt min-naħa tas-setturi pubbliċi u privati, wieħed li jitlob kooperazzjoni mill-qrib.

Riżoluzzjoni tal-KESE għal irkupru wara l-COVID-19: il-perspettiva tal-Grupp tal-Ħaddiema

Mill-Grupp tal-Ħaddiema

Ir-Riżoluzzjonital-KESE tindika b’mod ċar il-ħtieġa li s-soċjetà tagħna tinbena mill-ġdid abbażi tas-solidarjetà: solidarjetà ma’ min jipprovdi l-kura tas-saħħa, mal-ħaddiema kollha li għamlu sagrifiċċji kbar biex jappoġġjaw is-soċjetà f’dan iż-żmien diffiċli, man-nies li tilfu xogħolhom, iżda wkoll mal-impjegaturi li qed jissieltu biex isalvaw in-negozji u l-impjiegi; solidarjetà mal-partijiet tas-settur pubbliku u dak privat li għandhom bżonn għajnuna immedjata; u fuq kollox soldarjetà bejn il-pajjiżi tal-UE, li għandhom għan ekonomiku u soċjali komuni.

Wara l-kriżi tal-coronavirus: l-irkupru permezz tar-rikostruzzjoni

Minn Jan Dirx, membru tal-Grupp Diversità Ewropa

Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, fost l-oħrajn, jirrakkomandaw irkupru u rikostruzzjoni ekoloġiċi għall-UE wara l-kriżi tal-coronavirus. Lobbyists tal-ordni ekonomiku antik jargumentaw, madankollu, li issa mhuwiex iż-żmien għall-innovazzjoni, iżda pjuttost li ninvestu fir-restawr tas-sistema l-antika.