Il-KESE se jospita l-wirja tal-Arti “Is-Soċjetajiet Postindustrijali: l-Arti u l-Kriżi tal-Valuri” li tikkonsisti fix-xogħol tal-artist Spanjol, Jesus Montoia Oribe. Il-wirja qed tiġi organizzata biex tenfasizza l-ħidma li saret mill-KESE fil-qasam tal-bida industrijali, u għal dan il-għan ittellgħet bi sħab mal-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI). Din se tkun għall-wiri fil-KESE mit-3 sat-30 ta’ Ġunju, u avveniment ta’ tnedija huwa ppjanat għat-3 ta’ Ġunju 2019 flimkien mal-laqgħa tas-CCMI.

Għal aktar tagħrif żur: https://www.eesc.europa.eu/mt/node/68970 (cc)