Il-25 anniversarju taż-Żona Ekonomika Ewropa (ŻEE), li ilu fis-seħħ mill-1994, kien is-suġġett ewlieni tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv taż-ŻEE fit-23 u l-24 ta’ Mejju.
Dan il-kumitat, li jirrappreżenta lill-impjegaturi, lill-ħaddiema u lill-atturi l-oħra tas-soċjetà ċivili tal-istati membri taż-ŻEE, insista fuq l-importanza li jiġi kkompletat is-suq intern u li tiġi indirizzata d-dimensjoni soċjali tiegħu bħala l-prijoritajiet ewlenin għas-snin li ġejjin.

Waqt sessjoni speċjali ddedikata għaċ-ċelebrazzjoni tal-25 sena, Dilyana Slavova, President tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni tal-KESE, iddeskriviet il-Ftehim ŻEE bħala "storja ta’ suċċess; aktar minn ftehim kummerċjali huwa eżempju ta’ kooperazzjoni bejn pajjiżi li jikkondividu l-istess valuri”. Is-Segretarju Ġenerali tal-EFTAHenri Gétaz enfasizza r-reżiljenza tal-Ftehim ŻEE: "Għaddejna minn kriżi finanzjara, erba’ riformi tat-Trattati tal-UE, u ż-ŻEE għadha fis-seħħ u tiffunzjona, isir ħafna xogħol, kif ukoll sforzi politiċi, biex jintlaħaq dan il-livell ta’ kooperazzjoni.” (dgf)