Pubblikazzjoni diġitali – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) – 60 sena ta’ impenn

Is-soċjetà ċivili fl-azzjoni għall-Ewropa ta’ għada!

Maħluq mit-Trattati ta’ Ruma fl-1957, il-Kumitat kellu l-ewwel sessjoni plenarja tiegħu 60 sena ilu, fid-19 ta’ Mejju 1958. Minn dakinhar, l-istorja tal-Kumitat hi marbuta ma’ dik tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, fejn qatt ma waqfet ħidmietha.

Din il-pubblikazzjoni diġitali tirrakkonta s-60 sena ta’ impenn tal-Kumitat biex is-soċjetà ċivili tipparteċipa fil-bini tal-Ewropa, billi tixħet dawl fuq is-suċċessi tiegħu, il-kisbieet il-kbar tiegħu, il-valur miżjud li jagħti u l-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni tal-Ewropa.

Din il-pubblikazzjoni eċċitanti, miżgħuda b’kontenut multimedjali, u b’mod partikolari vidjos u infografika, hija mmirata kemm lejn pubbliku infurmat (mezzi tax-xandir, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, Kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali, istituzzjonijiet oħrajn, universitajiet, eċċ.) kif ukoll lejn il-pubbliku inġenerali. Maħsuba bħala prodott ħaj, għandha l-għan li tenfasizza r-rwol uniku tal-KESE – if ukoll is-soċjetà ċivili organizzata li jirrappreżenta – fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, bħala mutur għad-demokrazija parteċipattiva.

Adattata biex tkun tista’ tinqara fuq apparat mobbli (tablets u, eventwalment, fuq smart phones), inizjalment se tkun disponibbli bi tliet lingwi (EN, FR u DE) fuq is-sit tal-internet tal-Kumitat. (fgr)