Il-pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Ukrajna imħassba dwar it-tendenzi ta’ pagi baxxi

Il-pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Ukrajna (CSP) tħeġġeġ lil Kiev biex timplimenta aktar riformi konsistenti f’diversi setturi u biex tagħti prijorità assoluta lill-kwistjonijiet ta’ pagi baxxi u faqar. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fis-6 laqgħa CSP fi Brussell, fejn il-membri tal-pjattaforma ddiskutew kif l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna kienet qed tagħmel progress, ir-rwol li għandhom il-livelli tal-pagi fit-tnaqqis tal-faqar u l-impatt tagħhom fuq il-migrazzjoni tal-ħaddiema, u t-tibdil fil-klima.

Is-CSP espremiet is-sodisfazzjon tagħha bil-Pjan ta’ Azzjoni l-sġdid biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni adottat mill-gvern tal-Ukrajna. Madankollu, hija rrikonoxxiet li kien hemm bżonn ta’ implimentazzjoni konsistenti ta’ riformi f’diversi oqsma. Is-CSP nnotat ukoll li, minkejja l-impenji meħuda, ix-xejriet negattivi dwar il-livelli ta’ pagi baxxi marru għall-agħar fl-Ukrajna. Is-CSP ħeġġet lill-Ukrajna biex tirtira d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Kontra l-Korruzzjoni. Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom, is-Soċjetà Ċivili UE-Ukrajna ikkundannat wkoll l-elezzjonijiet illegali fil-Krimea u f’Marzu 2018. (ia)