Il-Ġordan huwa sieħeb ewlieni għall-istabbiltà tal-viċinat tal-UE

Delegazzjoni mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ltaqgħet ma’ rappreżentanti lokali tas-soċjetà ċivili u uffiċjali tal-gvern f’Amman fis-26 u s-27 ta’ Marzu. IId-diskussjonijiet matul iż-żjara ffukaw fuq id-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-pajjiż minħabba n-nuqqas ta’ stabbiltà fir-reġjun. Id-delegazzjoni tal-KESE irrikonoxxiet il-ħtieġa għal appoġġ internazzjonali u miżuri dettaljati, peress li tul dawn l-aħħar ftit snin il-pajjiż żviluppa approċċ komprensiv għall-influss massiv ta’ refuġjati, l-aktar dawk li qed jaħarbu l-gwerra fis-Sirja.

Waqt id-diversi laqgħat tagħhom, il-membri tal-KESE esprimew it-tama li l-ħatra tal-membri tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Ġordan setgħu jipproċedu malajr kemm jista’ jkun sabiex jiffurmaw istituzzjoni rappreżentattiva magħmula minn min iħaddem, it-trejdunjins u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Id-delegazzjoni tal-KESE enfasizzat l-importanza tar-rwol tal-KES Ġordaniż u tal-konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili organizzata fil-proċess politiku biex jinstabu soluzzjonijiet inklużivi u sostenibbli għall-kwistjonijiet li jrid jindirizza l-pajjiż.(sg)