Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili jitlob għal passi konkreti biex tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi bejn is-sessi u jittejbu l-istandards tax-xogħol

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili fil-qafas tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea kellu s-sitt laqgħa tiegħu f’Seoul fil-11 ta’ April, kopresedut minn Lee Ho-Geun u Georgi Stoev. Fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom, il-kopresidenti enfasizzaw li l-ambjent ġeopolitiku inċert ħoloq sfidi ġodda fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Korea. Huma appellaw għal valuri u interessi kondiviżi li għandhom jiġu promossi fir-reġjun u biex is-sħubija bejn il-Korea u l-UE ssir aktar relevanti għall-aspettattivi taċ-ċittadini.

Il-Forum tas-Soċjetà Ċivili rrakkomanda li s-setturi intensivi fl-emissjonijiet ewlenin fil-Korea u l-UE għandhom jagħmlu użu minn mudelli tal-ekonomija ċirkolari l-ġdid biex jgħinu fid-dekarbonizzazzjoni tal-industriji u jtejbu l-kwalità tal-ħajja. Iż-żewġ partijiet esprimew l-impenn tagħhom għal ekonomija globali sostenibbli u inklużiva. Ġie miftiehem li paga indaqs għax-xogħol għandha tkun prijorità ewlenija kemm għall-UE kif ukoll għall-Korea. Il-Forum enfasizza wkoll il-ħtieġa li jitwettaq djalogu soċjali kostruttiv mar-rappreżentanti ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema dwar l-impjiegi, il-politika tax-xogħol u l-liġi. (sg)