Ara l-istqarrija bil-vidjo tal-KESE dwar il-COVID-19

Flimkien, aħna nirrappreżentaw is-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni Ewropea. Il-konfinament ma jistax iwaqqafna milli naħdmu b’mod attiv biex niżguraw li jinstema’ leħen is-soċjetà ċivili organizzata. Magħquda nibqgħu b’saħħitha hekk kif nagħmlu ħilitna biex nieħdu lura l-kontroll fuq ħajjitna. Se nagħmlu dak kollu li hemm bżonn. It-tifqigħa tal-coronavirus se jkollha konsegwenzi serji għas-soċjetà tagħna. L-ebda gvern ma jista’ jistenna li jsolvi din il-kriżi waħdu.

Nappellaw għal azzjoni rapida, deċiżiva u effettiva fil-livell tal-UE. Miżuri eċċezzjonali u koerenza politika issa huma meħtieġa b’mod urġenti. Irridu nagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex ngħinu u nappoġġjaw lin-nies tagħna u nħeġġuhom jistinkaw fl-isforzi kollha li għamlu biex jissalvagwardjaw l-interess pubbliku u l-umanità fil-livell Ewropew u dak nazzjonali. F’daż-żmien, jekk m’aħniex Unjoni ġenwina, m’aħna xejn!