Plenary session March 2019 - day 22 - bilateral meeting - presidents Jahier and Bernasconi

“Irridu nivvintaw l-Ewropa mill-ġdid b’entużjażmu u proġetti li huma qrib in-nies”, qalu l-Presidenti Patrick Bernasconi u Luca Jahier fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu tal-KESE.

"Irridu naħdmu flimkien għall-futur tal-Ewropa u jeħtieġ li nimmobilizzaw is-soċjetà ċivili fil-livelli kollha, fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej. Iktar minn qatt qabel, dawn għandhom bżonn il-viġilanża u l-impenn tagħna.” Huwa u jenfasizza li l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet kollha kienet ewlenija, is-Sur Jahier tenna l-appoġġ bla heda tas-soċjetà ċivili Ewropea għall-proġett Ewropew, il-valuri u l-kisbiet tiegħu.

Is-Sur Bernasconi kien tal-istess fehma, huwa u jtenni l-kliem tal-President tal-KESE u jenfasizza li l-Kumitati għandhom iservu bħala intermedjarju bejn is-soċjetà u s-setgħa politika. Huwa u jenfasizza l-viżjoni tiegħu tar-rwol tas-soċjetà ċivili lejlet l-elezzjonijiet Ewropej, sostna li huwa essenzjali li nerġgħu nqumu fuq saqajna u nuru solidarjetà. (mp)