Mill-Grupp Diversità Ewropatal-KESE

Il-Grupp Diversità Ewropa ser jorganizza l-laqgħa straordinarja li jmiss tiegħu nhar is-7 ta’ Mejju, f’ Bucharest. Din il-konferenza ta’ livell għoli se ssir fl-Atrium tal-Librerija Nazzjonali, u s-suġġett tagħha se jkun Ewropa ta’ Valuri Kondiviżi u s-Soċjetà Ċivili. 

Jumejn biss qabel is-Summit tal-UE f’Sibiu dwar il-Futur tal-UE, il-konferenza se tindirizza tliet dimensjonijiet fundamentali mill-perspettiva tas-soċjetà ċivili Ewropea:

  • Il-garanzija tal-valuri u d-drittijiet fundamentali Ewropej
  • It-tibdil fir-rwol tas-soċjetà ċivili Ewropea

    • Il-futur tal-UE

    Huma mistennija madwar 140 parteċipant, inklużi l-membri tal-KESE mill-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Rumena, rappreżentanti mid-dinja akkademika u rappreżentanti tal-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE.

    Il-Presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE identifikat l-“Ewropa ta’ valuri komuni” bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha. Il-grupp Diversità Ewropa jappoġġa bis-sħiħ dan l-objettiv, li jikkomplementa x-xogħol konsiderevoli li diġà sar fuq dan is-suġġett mill-Grupp tagħna u l-KESE b’mod ġenerali.

    Id-diskussjoni dwar kif inħarsu d-demokrazija u l-valuri tagħha, kif nikkomunikaw u nispjegaw il-benefiċċji tas-sħubija fl-UE u kif is-soċjetà ċivili tista’ ssawwar l-Ewropa tal-ġejjieni hija fil-qalba tal-attivitajiet tagħna. (ih)