Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Image
Brussels , 09/04/2018 eesc nouvelle présidence + Cabinet. Credit : Frederic Sierakowski / Isopix

Luca Jahier: Aħna l-Ewropa!

Għeżież qarrejja,

Qed noqorbu lejn il-mument meta għajnejna lkoll ser ikunu fuq ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej.

Is-26 ta’ Mejju huwa mument kruċjali għall-Ewropa. Fundamentali: hekk huwa l-involviment taċ-ċittadini li ser jivvutaw, taż-żgħażagħ li jkunu fehmu li l-futur tagħhom mhuwiex ċert u li ma jridux li xi ħadd jiddeċiedi minflokhom dwar il-futur tal-Ewropa. Ser naqbżu t-42 % tal-2014? Jekk iva, dan ifisser li nkunu fhimna dak li huwa importanti: li nżommu l-vitalità tal-proġett Ewropew u l-attrazzjoni tiegħu, li għadhom reali.

 

Fil-qosor

Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej jiftaħ kapitlu ġdid fil-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-UE

“Il-Kummissjoni għandha l-obbligu morali li tirreaġixxi għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej” , qal l-Ewwel Viċi President Frans Timmermans

Christophe Lefevre, membru tal-KESE u President tal-grupp ad hoc tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, fetaħ it-8 Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fit-2 ta’ April.

“Aħna kollha migranti”

Fit-2 ta’ April, il-President tal-KESE Luca Jahier, akkumpanjat mill-membri tal-KESE Isabel Cano, Stefano Mallia u Cristian Pirvulescu, żar il-Mużew Red Star Line f’Antwerp – post simboliku għall-migrazzjoni Ewropea. Żewġ miljun passiġġier ivvjaġġaw minn Antwerp, il-port ewlieni Ewropew tal-kumpanija Red Star, abbord il-vapuri tagħha, lejn l-Amerika ta’ Fuq.

Il-KESE u l-Kunsill Ekonomiku, Soċjali u Ambjentali Franċiż flimkien għal parteċipazzjoni wiesgħa fl-elezzjonijiet Ewropej

Plenary session March 2019 - day 22 - bilateral meeting - presidents Jahier and Bernasconi

“Irridu nivvintaw l-Ewropa mill-ġdid b’entużjażmu u proġetti li huma qrib in-nies”, qalu l-Presidenti Patrick Bernasconi u Luca Jahier fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu tal-KESE.

Aħbarijiet tal-KESE

Miljuni ta’ ċittadini b’diżabilitajiet mhux se jkunu jistgħu jitfgħu l-vot tagħhom fl-elezzjonijiet Ewropej

Madwar 800 000 ċittadin tal-UE li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali jew b’diżabilità intellettwali se jiċċaħħdu mid-dritt tal-vot tagħhom minħabba r-regoli nazzjonali li huma fis-seħħ f’16-il Stat Membru. Barra minn hekk, miljuni ta’ votanti se jaqtgħu qalbhom minħabba ostakli tekniċi fil-postijiet tal-votazzjoni li ma jqisux il-bżonnijiet li jirriżultaw mid-diversi tipi ta’ diżabilità tagħhom, qal il-KESE f’rapport.

“Għad għandna ħafna x’nagħmlu biex niżguraw li ċ-ċittadini b’diżabilità fl-Ewropa jkunu jistgħu jivvutaw”

Il-KESE Info intervista lill-membru tal-KESE Krzysztof Pater dwar ir-rapport tiegħu dwar "id-Drittijiet reali tal-persuni b'diżabilità biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-PE".

Il-KESE jippreżenta pjan ta’ azzjoni għall-Futur tal-Ewropa

Il-President Jahier se jippreżentah f’Sibiu fid-9 ta’ Mejju

L-UE jeħtieġ li tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha u ssir il-mexxej globali fl-iżvilupp sostenibbli, isosnti l-KESE f’opinjoni b’saħħitha dwar il-futur tal-UE. Il-Kumitat jappella għal strateġija ġdida tal-UE li tkun ibbażata fuq approċċ olistiku u transettorjali li jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej u s-sostenibbiltà, u jippreżenta rakkomandazzjonijiet ta’ politika li jkopru l-ħdax-il prijorità. Strateġija globali ġdida għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 trid tkun appoġġjata minn baġit ambizzjuż tal-UE.

Il-plenarja tal-KESE tospita l-promoturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Inwaqqfu l-estremiżmu”

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropEW (KESE) laqa’ lil Sebastian Reimer u lil Michael Laubsch, tnejn mill-inizjaturi u promoturi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Inwaqqfu l-estremiżmu”, li ġabbret madwar 1.6 miljun firma, li issa jridu jiġu vvalidati mill-Istati Membri.

Il-KESE jipproponi pjan biex l-UE ssir mexxejja fil-bini tal-paċi kemm fl-Ewropa kif ukoll mad-dinja kollha

Fil-plenarja tiegħu f’Marzu l-KESE adotta Opinjoni li tiddeskrivi strateġija globali mmexxija mill-UE għall-bini tal-paċi li tinkludi l-ħolqien tal-“WhiteDoveWay”, mogħdija ta’ paċi mill-Irlanda ta’ Fuq sa Nikosija, għall-promozzjoni tad-djalogu, ir-rikonċiljazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti. 

Jeħtieġ li l-UE tiddefinixxi strateġija ċara dwar il-konnettività bejn l-UE u l-Asja

Fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni Konġunta Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi fundamentali għal Strateġija tal-UE, maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-UE f’Settembru 2018. Fil-fehma tal-KESE, hija opportunità mitlufa b’mod serju, b’bosta lakuni strateġiċi sinifikanti, ftit li xejn ambizzjoni u l-ebda profondità reali fir-rigward tal-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-UE u l-konnettività mal-Asja.  

L-interferent endokrinali: leġislazzjoni armonizzata se tħares liċ-ċittadini Ewropej b’mod aktar effettiv

L-interferenti endokrinali huma sustanzi partikolarment ta’ tħassib, u għalhekk jeħtieġ li leġislazzjoni tal-UE tkun koerenti u armonizzata sabiex tindirizza l-modi li bihom dawn jintużaw. Il-KESE jappella għal strateġija konsistenti u olistika li tkun ibbażata fuq l-għarfien xjentifiku u li tinkludi pjan ta’ azzjoni b’miri u skadenzi ċari.

Il-KESE jappoġġja l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-diżinformazzjoni

Il-KESE ta l-appoġġ tiegħu għall-pjan ta’ azzjoni dwar id-diżinformazzjoni mressaq mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-UE. F’Opinjoni ta’ Ulrich Samm u Giulia Barbucci adotata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, il-KESE josserva li d-diżinformazzjoni tista’ tiġi definita bħala informazzjoni falza jew qarrieqa b’mod verifikabbli li tinħoloq, tiġi ppreżentata u tinxtered għal gwadann ekonomiku jew biex tqarraq bil-pubbliku intenzjonalment, tikkawża ħsara lill-pubbliku u thedded id-demokrazija.

Il-politika ta’ koeżjoni trid tkun parti integrali minn strateġija ġdida għall-UE

L-UE teħtieġ b’mod urġenti strateġija ġdida, ambizzjuża u ċara għall-futur tagħha f’konformità mal-Aġenda 2030 tan-NU, l-SDGs u impenji internazzjonali oħra. Il-politika ta’ koeżjoni trid tkun parti integrali minnha. Din l-istrateġija l-ġdida għandha tipprovdi wkoll viżjoni għall-politika ta’ koeżjoni futura nnifisha. Id-dispożizzjonijiet ġodda għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2020 għandhom jipprovdu biżżejjed riżorsi u jiggarantixxu titjib fl-effiċjenza u l-viżibbiltà tal-politika, iħeġġeġ il-KESE f’opinjoni esploratorja dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni.

In-“netwerk tan-netwerks” tal-ekonomija ċirkolari tal-Ewropa qed jilqa’ l-isfida tat-tranżizzjoni ċirkolari

Aktar minn 350 parti kkonċernata tal-ekonomija ċirkolari mill-Ewropa kollha qasmu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom waqt it-tieni jum tal-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, ospitata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fis-7 ta’ Marzu 2019.

Il-Jum Ewropew tal-Konsumatur 2019 jidentifika l-isfidi ewlenin marbutin mal-adattament tal-politika tal-konsumatur tal-UE għall-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa

Il-politika tal-konsumatur hija mmirata lejn iż-żgħażagħ? Kif nistgħu nappoġġjawhom biex jagħmlu għażliet sostenibbli? Kif nistgħu nintroduċu xejriet ġodda fil-politiki tal-konsumatur? Fis-27 ta’ Marzu, fi Brussell sar dibattitu mqanqal li indirizza dawn il-mistoqsijiet. Kamra mimlija studenti, assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, negozji u rappreżentanti tas-settur elettroniku indirizzaw kwistjonijiet li jvarjaw mit-titjib tal-mobilità u l-evitar tal-ħela tal-ikel sa kif nagħmlu l-moda mgħaġġla (fast fashion) sostenibbli u sal-fehim tar-rwol tal-ICTs biex jixprunaw il-bidla.

L-UE għandha taġixxi biex issaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-munita unika.

Fost il-prerekwiżiti biex jiġi żviluppat bis-sħiħ il-potenzjal tal-euro bħala munita internazzjonali hemm politiki makroekonomiċi b’saħħithom fl-UE, it-tisħiħ tal-UEM u t-tlestija tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU). Madankollu, qabel kollox jinħtieġu fiduċja reċiproka u viżjoni kondiviża fost l-Istati Membri dwar il-futur tal-ekonomija tal-UE. Dawn huma l-konklużjonijiet ewlenin tas-seduta ta’ smigħ dwar It-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro, organizzata reċentement mill-KESE.

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni jagħmel għaxar rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-UE dwar il-migrazzjoni

Fit-3 u l-4 ta’ April, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea organizzaw il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni ta’ dis-sena (EMF), li analizza r-rwol tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-iżgurar ta’ passaġġi siguri u regolari lejn l-UE.

Aħbarijiet mill-Gruppi

L-impjegaturi Ewropej jappellaw għal UE miftuħa, magħquda u b’saħħitha

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Inqas minn xahrejn qabel l-elezzjonijiet Ewropej, il-Grupp ta’ Min Iħaddem jappella għal UE miftuħa, magħquda u b’saħħitha. Ir-rappreżentanti tan-negozju jimpenjaw ruħhom li jaħdmu għal UE b’saħħitha u prospera. Is-saħħa tal-UE tinsab fl-attraenza tagħha. Biex inkomplu nibbenefikaw minn dan l-“istil Ewropew ta’ ħajja”, għandna bżonn ambjent tan-negozju kompetittiv. Dawn huma biss uħud mill-messaġġi ewlenin li ħarġu mid-Dikjarazzjoni Politika li l-Grupp ta’ Min Iħaddem adotta dan l-aħħar.

Il-ħaddiema jistudjaw l-aħjar mod kif jista’ jiġi miġġieled id-dumping soċjali filwaqt li jisfruttaw b’mod sħiħ l-opportunitajiet offruti mill-mobilità

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE ospita lill-Professur Roberto Pedersini mill-Università ta’ Milan, li ppreżenta l-istudju tiegħu dwar kif għandha titfassal l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol biex jiġi miġġieled b’mod aktar effiċjenti d-dumping soċjali u tal-pagi. Oliver Röpke, il-President tal-Grupp tal-Ħaddiema, enfasizza r-rwol importanti li għandhom l-imsieħba soċjali, u speċjalment it-trejdjunjins, biex jiżguraw li l-leġislazzjoni tax-xogħol tiġi implimentata.

Il-grupp Diversità Ewropa jiddiskuti r-rwol tas-soċjetà ċivili fiż-żamma tal-valuri kondiviżi tal-Ewropa

Mill-Grupp Diversità Ewropatal-KESE

Il-Grupp Diversità Ewropa ser jorganizza l-laqgħa straordinarja li jmiss tiegħu nhar is-7 ta’ Mejju, f’ Bucharest. Din il-konferenza ta’ livell għoli se ssir fl-Atrium tal-Librerija Nazzjonali, u s-suġġett tagħha se jkun Ewropa ta’ Valuri Kondiviżi u s-Soċjetà Ċivili. 

Daqt fl-avvenimenti kulturali / tal-KESE

Jum għall-Pubbliku tal-KESE 2019

Id-9 ta’ Mejju huwa Jum l-Ewropa u hija tradizzjoni stabbilita li l-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku fl-ewwel Sibt tax-xahar, din is-sena fl-4 ta’ Mejju. It-tema se tkun l-elezzjonijiet Ewropej tat-23-26 ta’ Mejju, li se jsejħu liċ-ċittadini Ewropej biex joħorġu jivvutaw u jagħżlu r-rappreżentanti tagħhom għal ħames snin kruċjali.

Il-pajsaġġi Rumeni ta’ Sorin Onisor għall-wiri fil-KESE

Il-KESE se jospita l-wirja ta’ fotografija Pajsaġġi Rumeni ta’ qalbi li tikkonsisti fix-xogħol tal-fotografu Rumen magħruf Sorin Onisor.