Mill-bidu ta’ April, se nibdew serje ta’ artikli, “Dessine-moi*...” (Mill-Pinna ta’...) imħejjija mill-membri tal-KESE.

Għall-qarrejja ta’ KESEinfo u b’emozzjoni kbira, f’din il-ħarġa se nippubblikaw it-testimonjanzi tal-awturi tagħna, li f’forma ta’ intervista, opinjoni jew messaġġ, aċċettaw li jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar dan iż-żmien fejn kollox jinsab wieqaf minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Nixtiequ nirringrazzjaw lil Isabel Caño Aguilar, Viċi President għall-Komunikazzjoni, lil Milena Angelova, Viċi President għall-Baġit, kif ukoll lill-membri li ġejjin: Helena de Felipe Lehtonen mill-Grupp ta’ Min Iħaddem, Adam Rogalewski mill-Grupp tal-Ħaddiema u Giuseppe Guerini mill-Grupp Diversità Ewropa għat-testimonjanzi tagħhom. (ehp)

 ̽Antoine de Saint-Exupéry: Iċ-Ċkejken Prinċep