Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, l-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2020, skedat għall-Ħamis 19 u l-Ġimgħa l-20 ta’ Marzu, kellu jiġi kkanċellat. Id-Deċiżjoni ttieħdet fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd, li hija l-prijorità ewlenija tal-KESE fil-kuntest tal-pandemija attwali. It-tim organizzattiv issa qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-2021, għalkemm s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali.

Minkejja l-kanċellazzjoni tal-avveniment innifsu, l-iskejjel parteċipanti ntalbu jibagħtu filmat ta’ minuta b’ideat dwar kif għandu jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Il-filmati ġew ikklassifikati minn kull delegazzjoni u student wieħed minn kull waħda miż-żewġ delegazzjonijiet ewlenin se jkun jista’ jieħu sehem fl-Avveniment taż-Żgħażagħ tal-Parlament Ewropew (EYE), li se jsir fil-ħarifa.

L-iskola li rċeviet il-maġġoranza tal-voti hija Gimnazija "Svetozar Marković", minn Novi Sad, is-Serbja, li pproponiet li tuża l-gass tal-landfill għall-enerġija, u b’hekk tibdel l-iskart f’riżorsi.

It-tieni l-aktar votat intbagħat minn Freiherr-vom-Stein-Gymnasium, minn Lünen, il-Ġermanja. L-istudenti Ġermaniżi pproponew “Our Climate, Our Future truck” ħanut ambulanti li jipproduċi ikel li juża l-enerġija rinnovabbli u jqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima.  (dgf)