Il-fehma tal-organizzazzjonijiet lokali – Episodju speċjali – Suċċess jew falliment: It-taqtigħa tal-Ewropa kontra l-coronavirus

L-UE qiegħda tilqa’ għall-isfida tal-COVID-19? L-Ewropej huma fiduċjużi li din id-darba l-UE se tgħinhom jilqgħu għall-għawġ, jew se jħossuhom delużi bħalma ħassewhom fiż-żewġ kriżijiet ewlenin l-oħra ta’ dan is-seklu? Hekk kif it-tifqigħa qed tinfirex madwar l-Ewropa u qed tisraq il-ħajja ta’ ħafna persuni u tagħmel ħerba ekonomika kbira, il-President tal-KESE Luca Jahier janalizza r-rispons tal-UE sa issa u jagħmel enfasi fuq azzjonijiet kuraġġużi li sa ftit jiem ilu kienu jitqiesu bħala tabù. Madankollu, is-Sur Jahier isostni li jeħtieġ li jsir sforz akbar sabiex jintlaħaq kunsens bejn il-mexxejja Ewropej. (ll)

Lingwi Disponibbli:

Editorjal

L-Ewropa mhux biss trid tiġi salvata iżda trid titnieda mill-ġdid!

Għeżież Qarrejja,

It-tifqigħa tal-COVID-19 inbidlet f’emerġenza li qed tikber b’pass mgħaġġel, fejn iċ-ċifri u l-miżuri qed jinbidlu kontinwament madwar l-Ewropa u d-dinja, u dan qed jaffettwa l-livelli kollha tas-soċjetà.

Il-komunità globali ilha minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija ma tiffaċċja tali kriżi drammatika. L-ebda gvern fl-Ewropa jew xi mkien ieħor ma jista’ jaħseb li kapaċi jsolvi din il-pandemija waħdu. Jeħtieġ li l-Istati Membri kollha jingħaqdu, biex jappoġġjaw lil xulxin u biex jikkoordinaw azzjoni konġunta. Approċċ frammentat mill-Istati Membri individwali jwassal biss għal diżastru. Jekk nadottaw approċċ ħażin, jista’ jkun li ma jkollniex opportunità oħra biex nikkoreġu l-iżbalji li nkunu ħadna.

Mill-membri tal-KESE

Dessine-moi...*

Mill-bidu ta’ April, se nibdew serje ta’ artikli “Dessine-moi...*” (Mill-Pinna ta’...) imħejjija mill-membri tal-KESE.

 

Fi żmien il-COVID-19

Minn Isabel Caño Aguilar

Qegħdin nesperjenzaw ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux tas-soltu.

Minn naħa ninsabu iżolati f’pajjiżna, f'darna, u minn naħa oħra, ninsabu ċerti li d-dinja ma tistax tieqaf u li s-soċjetà ċivili, ta’ kull filgħodu, tqum u tkompli b’ħidmietha. Il-piż emozzjonali li din is-sitwazzjoni bla preċedent iġġib magħha għal kull wieħed u waħda minna huwa kbir.

Sfida li se negħlbu

Minn Milena Angelova

COVID-19 hija l-akbar sfida li ffaċċjajna dan is-seklu. M’iniex ser niffoka fuq l-effetti negattivi li tikkawża – fuq ħajjitna, id-drittijiet u l-libertajiet bażiċi, l-ekonomija u l-benesseri tagħna. Minflok, se nipprova nipproponi perspettiva pożittiva u pragmatika ta’ kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mis-sitwazzjoni attwali. Nistgħu niffaċċjaw din is-sitwazzjoni flimkien, jekk nibqgħu ffokati, naħdmu bħala tim u nkunu responsabbli.

Is-solidarjetà fl-azzjoni kontra l-Coronavirus

Intervista ma’ Giuseppe Guerini

Kunsillier Guerini, kif qed tgħixhom dawn il-ġranet diffiċli?

Inħoss pressjoni qawwija ħafna, kemm mil-lat tat-tensjoni fix-xogħol, kif ukoll mil-lat personali u emozzjonali. Ngħix f’Bergamo, għaldaqstant ninsab fl-epiċentru tal-epidemija Taljana u s-sensazzjoni li qed negħrqu fis-sofferenza u l-għadd kbir ta’ nies mejtin tinħass tqila ħafna fina kif ukoll sens kontinwu ta’ ansjetà u impotenza. Kull wieħed u waħda minna jaf minn fost il-ħbieb, kollegi jew konoxxenzi xi persuna li hija vittma: jew li tilfet ħajjitha jew li qed tiġġieled għal ħajjitha taħt kura intensiva. 

Il-coronavirus se jbiddel is-soċjetajiet tagħna għall-aħjar

Minn Adam Rogalewski

It-tifqigħa tal-coronavirus (COVID-19) se tbiddlilna ħajjitna b’mod profond u se tbiddel ukoll il-pajjiżi, l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna. Diġà ġegħlitna nirrealizzaw kemm aħna vulnerabbli minkejja t-titjib enormi matul is-snin fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-progress teknoloġiku, inkluż id-diġitalizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali. Minħabba l-iżolament fi djarna, tgħallimna wkoll kemm is-soċjetà u n-nies l-oħra huma importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-kriżi tal-coronavajrus hija prova ċara li n-narrattiva neoliberali li tgħid li s-soċjetà ma teżistix hija żbaljata. Fi żminijiet ta’ kriżi bħal dik li qed nesperjenzaw bħalissa, hija s-soċjetà nnifisha, jew fi kliem ieħor, is-solidarjetà fost in-nies, li tista’ tħarisna mill-effetti tal-virus.

Ħsara irreparabbli fl-ekonomija

minn Helena De Felipe Lehtonen

Fid-dawl ta’ din il-pandemija li qed tolqotna lkoll, speċjalment lill-anzjani u liċ-ċittadini li mhumiex daqstant f’saħħithom, nistaqsi lili nnifsi jekk dan il-vajrus kienx żviluppat f’laboratorju u ġie rilaxxat, intenzjonalment jew le. Peress li ċ-ċittadini ordinarji ma jafux jirrispondu għal din il-mistoqsija, u anke jekk ikollna tilqima sal-ħarifa tal-2021, min se jgħidilna li mhux ser ikun hawn vajrus ieħor fix-xitwa li ġejja b’konsegwenzi simili? (Ejjew ma ninsewx l-influwenza Spanjola tal-1918).

Il-mexxejja tal-UE dwar il-kriżi COVID-19

Ursula von der Leyen, President tal-Kummissjoni Ewropea:

Se nużaw l-għodod kollha li għandna għad-dispożizzjoni tagħna biex inrażżnu t-tixrid tal-coronavirus, ngħinu lill-pazjenti u niżguraw li l-ekonomija Ewropea tegħleb dan il-maltemp.
Ninsab konvinta li l-UE tista’ tirreżisti x-xokkijiet li qed jesperjenzaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa u l-ekonomiji tagħna. Iżda kull Stat Membru jeħtieġlu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa tiegħu. U jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea, b’mod ġenerali, tkun determinata, koordinata u magħquda.

Aħbarijiet tal-KESE

Appell għal solidarjetà bla preċedent

Nhar is-6 ta’ April, lejliet il-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tas-7 ta’ April, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta dikjarazzjoni li tappella għal solidarjetà bla preċedent bejn l-Istati Membri u titlob reazzjonijiet rapidi u urġenti għall-pandemija tal-COVID-19. Waqt li kien qed jindirizza l-Istati Membri ta’ komunità li qed tikkondividi l-istess destin, il-KESE enfasizza l-ħtieġa kruċjali għal azzjoni konġunta fid-dawl tal-isfidi tas-saħħa pubblika u l-konsegwenzi politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-kriżi attwali.

L-Unjoni aktar minn qatt qabel. Dikjarazzjoni tal-KESE dwar l-epidemija tal-COVID-19

Il-membri tal-KESE adottaw fis-17 ta’ Marzu 2020 dikjarazzjoni intitolata L-Unjoni aktar minn qatt qabel, b’reazzjoni għas-sitwazzjoni kkawżata mill-pandemija tal-Coronavirus. Huma appellaw għal aktar solidarjetà u azzjoni konġunta fil-livell Ewropew sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-konsegwenzi tal-pandemija. Il-membri enfasizzaw l-importanza ta’ azzjoni konġunta sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jiġbru, jagħqdu u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

Ir-rispons għall-Coronavirus: Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE mhijiex biżżejjed

Fil-25 ta’ Marzu, il-KESE adotta favorevoli b’mod ġenerali dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li temenda r-Regolament tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) b’rispons għat-tifqigħa tal-coronavirus. Filwaqt li d-dokument ta’ pożizzjoni tal-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-estensjoni proposta tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSUE, il-KESE jqis li r-riżorsi allokati għall-istrument finanzjarju huma totalment insuffiċjenti u li d-dispożizzjonijiet finanzjarji tiegħu mhumiex adegwati.

Rispons għall-Coronavirus: il-KESE jitlob għal pjan ta’ investiment Ewropew ikbar

Il-KESE jappoġġja l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus tal-Kummissjoni Ewropea, iżda jitlob li jkun hemm pjan ta’ investiment akbar biex jappoġġja lill-Istati Membri b’reazzjoni għall-pandemija COVID-19. L-inizjattiva għandha l-għan li tippromovi l-investiment fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri tal-UE u ta’ setturi oħrajn tal-ekonomiji tagħhom. L-UE għandha timmobilizza riżervi ta’ flus kontanti, jiġifieri prefinanzjament mhux minfuq għall-fondi tal-UE, u tipprovdi appoġġ finanzjarju.

L-avjazzjoni: il-KESE jappoġġja li jiġu sospiżi r-regoli tal-UE dwar l-allokazzjoni tas-slots fl-ajruporti

Il-KESE qiegħed jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li temporanjament jiġu sospiżi r-regolamenti tal-UE dwar l-allokazzjoni tas-slots fl-ajruporti fid-dawl tat-tifqigħa tal-coronavirus. Il-Kumitat jinnota li s-sospensjoni għandha tapplika sa tmiem l-iskeda tas-sajf tal-2020 u li din il-miżura urġenti għandha tkun parti minn pakkett ferm usa’ biex is-settur tal-avjazzjoni tal-UE jkun jista’ jirkupra wara l-kriżi tal-coronvirus.

Aħbarijiet mill-Gruppi

Il-kriżi tal-coronavirus: nipproteġu saħħet iċ-ċittadini, u nsalvaw l-ekonomija Ewropea

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

Il-kriżi tal-coronavirus hija l-akbar sfida li ffaċċjat l-UE minn mindu nħolqot. Huwa żmien estremament diffiċli għall-Istati Membri, għall-kumpaniji u għaċ-ċittadini tal-UE. Fl-istess ħin, l-UE għandha opportunità li għal darb’oħra tagħti prova tal-valur tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha billi tgħin lill-pajjiżi tal-UE jirkupraw mill-kriżi ekonomika li l-qagħda attwali ġġib magħha.

Id-drittijiet tax-xogħol u d-demokrazija taħt assalt

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Hekk kif il-kriżi tal-COVID-19 tkompli tikber madwar l-Ewropa, il-Grupp tal-Ħaddiema tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa mħasseb ħafna dwar attakki fuq in-negozjar kollettiv u fuq id-drittijiet tal-ħaddiema f’ċerti Stati Membri. Ninsabu partikolarment allarmati bis-sitwazzjoni fil-Polonja, fejn il-gvern qed jipproponi leġislazzjoni ta’ emerġenza biex jindirizza l-COVID-19 li se tikser l-indipendenza tal-Kunsill għad-Djalogu Soċjali u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali. Il-Grupp tal-Ħaddiema huwa konxju wkoll li fl-Italja, fejn il-gvern u l-imsieħba soċjali laħqu ftehim li l-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu matul il-kriżi tal-COVID-19 se jiġu deċiżi bi ftehim kollettiv, il-politiċi tal-lemin estrem talbu għas-sospensjoni ta’ tali negozjar kollettiv.

Midja affidabbli biex tiġġieled l-aħbarijiet foloz dwar il-COVID-19

Mill-Grupp Diversità Ewropea tal-KESE

Li tiekol it-tewm, tixrob ilma jaħraq, tevita l-ġelat ... Forsi ltqajt ma’ dan it-tip ta’ parir fuq l-internet bħala “suġġerimenti” biex tevita milli timrad bil-COVID-19. Reċentement tkellimt ma’ ħabiba – minix se nsemmi ismijiet – u qaltli li huwa frustranti ħafna li ma jirnexxiliex issib informazzjoni ġenwina dwar il-vajrus. 

 

Fil-qosor

Il-KESE jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq

Luca Jahier, il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), u Dilyana Slavova, il-President tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni, ħarġu stqarrija konġunta fis-26 ta’ Marzu fejn laqgħu d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2020 li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq.

Kanċellazzjoni ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2020: Iż-żgħazagż Ewropej se jkollhom jistennew sa ma jsemmgħu leħinhom

Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, l-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek 2020, skedat għall-Ħamis 19 u l-Ġimgħa l-20 ta’ Marzu, kellu jiġi kkanċellat. Id-Deċiżjoni ttieħdet fl-interess tas-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd, li hija l-prijorità ewlenija tal-KESE fil-kuntest tal-pandemija attwali. It-tim organizzattiv issa qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-2021, għalkemm s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali.

Il-KESE fil-midja

Għażilna għall-qarrejja tagħna sensiela ta’ punti ewlenin mill-istejjer fil-midja Ewopea li jirrigwardaw ir-rispons tal-KESE għall-kriżi tal-COVID-19:

L-Awstrija – Kleine Zeitung - Kleine Zeitung - EWSA-Präsident Jahier"Entweder eine Union - oder nichts"

Il-Belġju - LaLibre.be - "Si le virus arrive ici, il se propagera comme un feu de forêt": les camps de Rohingyas à la merci du coronavirus