Lingwi Disponibbli:

Editorjal

L-Ewropa li tqanqal l-entużjażmu

Għeżież qarrejja,

Fuq jumejn, mill-21 sat-22 ta’ Marzu, 102 student ta’ bejn is-16 u t-18-il sena minn 28 Stat Membru u 5 pajjiżi kandidati tal-UE mlew il-kurituri u l-kmamar tal-bini Jacques Delors bid-daħk u t-tbissim tagħhom. Xi drabi intimidati iżda speċjalment kurjużi, iż-żgħażagħ staqsew il-mistoqsijiet: “X’inhu l-għan ta’ dan il-vjaġġ?”, “Se nkun kapaċi nirrispondi għall-mistoqsijiet li lanqas l-adulti ma jirnexxilhom jirrispondu, bħal “Kif inħeġġu liċ-ċittadini biex imorru jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej?””.

Fil-qosor

L-involviment tal-Membri

Ringrazzjament speċjali jmur għall-membri kollha li żaru l-iskejjel għall-impenn tagħhom fit-tħejjija tal-istudenti għad-dibattitu tagħhom fi Brussell:  Martina Širhalová, Dimitar Manolov, Baiba Miltoviča, Charles Vella, Martin Siecker, Arno Metzler, Meelis Joost, Pirkko Raunemaa, Jocelyne Le Roux, Bernt Fallenkamp, Pocivavsek Jakob Kristof, Arno Metzler, Bo Jansson, Roman Haken, Lidija Pavic-Rogosic, Marie Zvolska, Gonçalo Lobo Xavier, Cristian Pîvulescu, Andreas Pavlikkas, Piroska Kallay, Ronny Lannoo, Josiane Willems, Brian Curtis, Ionut Sibian, Antonio Longo, Javier Doz Orrit, Renate Heinisch, Alfred Gajdosik, Seamus Boland, Daiva Kvedaraitė, Aristotelis Thomopoulos, Krzysztof Pater. (ks)

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! fil-mezzi tax-xandir

L-AwstrijaORF.at: Studenti jfasslu politika fl-UE

Il-KroazjaJutarnji List: ŻGĦAŻAGĦ MINN ŻAGREB FI BRUSSELL: Lara, Nikola u Patrick indirizzaw it-tema tal-elezzjonijiet Ewropej u kif iż-żgħażagħ għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw

Il-FinlandjaHAAPAVESI LEHTI: Studenti jippreżentaw lill-Finlandja fi Brussell

FranzaOuest France: Saint-Brieuc. Għal dawn l-istudenti minn Saint-Charles, «aħna l-futur tal-Ewropa»

L-ItaljaServizio Informazione Religiosa: Żgħażagħ: Brussell, 102 studenti minn madwar l-UE se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2019 ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!"

MaltaMalta Today: Se tiġi ppreżentata lil MEPs proposta minn teenagers Maltin biex ikun obbligatorju kurrikulu għal Studji dwar l-UE

Il-MontenegroGrad Kulture: "L-EWROPA TIEGĦEK, IL-FEHMA TIEGĦEK": Studenti mill-iskola għolja ta’ Niksic rappreżentaw b’suċċess il-Montenegro fil-konferenza L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! fi Brussell

Il-PortugallROSTOS: Tliet studenti mill-Kulleġġ ta’ Minerva do Barreiro jinsabu Brussell: qed jirrappreżentaw lill-Portugall fil-forum «L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!»

Ir-RumanijaCuvantul Libertatii: Tliet studenti u għalliem minn Bailesti jirrappreżentaw ir-Rumanija fi Brussell

Ir-Renju UnitGovernment Europa: Avveniment politiku għaż-żgħażagħ jesplora l-politika u l-edukazzjoni

 

Pubblikazzjonijiet Ġodda

L-istorja diġitali ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”

L-avveniment ewlieniEESC's taż-żgħażagħ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! saret l-ewwel darba fil-15-17 ta’ April 2010. Issa, pubblikazzjoni diġitali qed tagħti ħarsa lura lejn għaxar snin ta’ impenn ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! favur l-involviment taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa fit-tfassil tal-politika tal-UE, filwaqt li jiġu enfasizzati l-kwistjonijiet li huma jindirizzaw, il-proposti li ħarġu mid-dibattiti tagħhom u l-eżiti sussegwenti, kollha bil-ħsieb li jintwera l-valur tal-kontribut taż-żgħażagħ fit-tiswir tal-Ewropa.

Aħbarijiet tal-KESE

Iż-żgħażagħ Ewropej iridu li l-edukazzjoni u l-midja soċjali jagħtu spinta lid-demokrazija u lill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-UE

Participants in YEYS 2019

Sillabu mandatorju dwar il-politika Ewropea sabiex jiżdied l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-UE qabel ma jitfgħu l-vot tagħhom kienet l-aktar proposta vvotata tal-avveniment L-Ewropa Tiegħek, Leħnek (YEYS) ta’ din is-sena, l-avveniment għaż-żgħażagħ organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) bejn il-21 u t-22 ta’ Marzu 2019. Din u tliet proposti oħra li jiffukaw fuq l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u l-midja soċjali biex tingħata spinta lill-attendenza fl-elezzjonijiet ser jintbagħtu lill-Parlament Ewropew biex jiġu kkunsidrati.

Wara għaxar snin, L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! huwa iktar rilevanti minn qatt qabel, qal wieħed mill-fundaturi

Hekk kif L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! wasal fl-għaxar edizzjoni tiegħu din is-sena, KESE Info ltaqa’ mal-viċi president preċedenti, Irini Pari, li kienet l-ewwel persuna li ħarġet bl-idea għal dan l-avveniment fl-2010, sabiex nagħtu ħarsu lura lejn il-bidu ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!' u nħarsu ’l quddiem lejn il-futur tal-Ewropa.

KESE Info: Sinjura Pari, tista’ tgħidilna kif twieldet din l-inizjattiva? X’kienet l-ispirazzjoni warajha?

“L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” mill-perspettiva ta’ parteċipanti preċedenti: esperjenza li tibdlek

L-ewwel edizzjoni ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek” saret fl-2010, meta l-kriżi finanzjarja devastanti kienet għadha kif bdiet, l-istituzzjonijiet kollha tal-UE kellhom presidenti differenti u l-kelma Brexit ma kenitx magħrufa. Instagram ma kienx jeżisti, WhatsApp kien għadu kif inħoloq u Twitter kellu biss 100 miljun utent, li mhu xejn meta mqabbel mal-1.5 biljun utent irreġistrati fl-2019. Ħafna affarijiet inbidlu minn dak iż-żmien ’l hawn, iżda l-entużjażmu u l-enerġija taż-żgħażagħ għadhom l-istess, u għal dan l-10 anniversarju ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek”, il-KESE stieden tliet parteċipanti preċedenti biex jieħdu sehem fid-dibattiti u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.

Il-komunikazzjoni hija l-isfida, u l-midja soċjali huma t-tweġiba

Veru li l-parteċipanti fl-avveniment marbuta mal-inizjattiva L-Ewropa Tiegħek, Leħnek huma żgħażagħ, iżda l-fehma tagħhom dwar l-affarijiet tal-UE ma tantx hija differenti minn dik tal-adulti: jimpurtahom daqs il-ġenituri tagħhom dwar iż-żieda fil-populiżmu, it-theddid għad-demokrazija u l-iżviluppi reċenti li potenzjalment jipperikolaw il-proġett tal-UE, bħall-Brexit. Huma fehmu wkoll li l-UE għandha trodd lura l-fiduċja fost iċ-ċittadini billi tikkomunika aħjar, u sabu wkoll soluzzjoni potenzjali fil-midja soċjali bħala għodda ewlenija għat-tisħiħ tat-trasparenza, is-sensibilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fl-affarijiet tal-UE.

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek – Fatti u ċifri

Wasal ammont rekord ta’ 1,039 applikazzjoni għall-10 edizzjoni ta’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! – 972 minn pajjiżi tal-UE u 67 mill-ħames pajjiżi kandidati – bl-ogħla numru ġejjin mir-Rumanija (221) u l-inqas minn Malta u l-Montenegro (4 kull wieħed).