Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Tmiem il-mandat tiegħi ormaj jinsab viċin ħafna. Nixtieq nieħu l-opportunità li jipprovdili dan l-aħħar editorjal bħala President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex nagħti ħarsa lura lejn l-aktar ġrajjiet importanti ta’ dawn is-sentejn u nofs fl-attività u l-ħidma tal-KESE.

Fuq sfond ta’ opinjoni pubblika dejjem aktar kritika fil-konfront tal-Ewropa, dan il-perjodu kien ikkaratterizzat mir-rieda, min-naħa tal-Kumitat, li jwessa’ u japprofondixxi l-konsultazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropea biex jiżgura li l-pożizzjonijiet li jesprimi verament jirriflettu s-soċjetà ċivili fid-diversità kollha tagħha.

Dati tad-Djarju

23/04/2018 Brussell
Djalogu Ewropew dwar Azzjoni Klimatika Mhux Statali
05/05/2018 Brussell
Jum l-Ewropa
23/05/2018 - 24/05/2018 Brussell
Sessjoni Plenarja tal-KESE
24/05/2018 - 25/05/2018 Brussell
Ġranet tas-Soċjetà Ċivili 2018

Fil-qosor

“Il-Jiem dwar l-Enerġija tal-KESE” – Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta aktar mill-qrib fid-dibattitu tal-politika enerġetika tal-UE

Il-ġustizzja soċjali u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili jridu jkunu fil-qalba tat-taħditiet dwar l-enerġija fil-livelli kollha, minn dak lokali sa dak Ewropew. Il-Jiem dwar l-Enerġija tal-KESE, li saru fi Brussell fis-7 u t-8 ta’ Marzu 2018, iddiskutew il-qagħda attwali u l-iżviluppi futuri fil-politika tal-enerġija tal-UE.

Il-KESE jappoġġja l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u amministrazzjoni pubblika tajba waqt il-laqgħa tal-ECOSOC tan-NU

L-għan tal-laqgħa preparatorja tal-ECOSOC fi Praga fl-aħħar ta’ Marzu kien li tiġi enfasizzata l-importanza tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, amministrazzjoni pubblika tajba, u istituzzjonijiet inklużivi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030.

Pubblikazzjonijiet Ġodda

“Insawru l-Ewropa – Kisbiet reċenti tal-KESE”

Għadu kif ġie ppubblikat il-fuljett tal-KESE dwar “Insawru l-Ewropa – Kisbiet reċenti tal-KESE”, edizzjoni tal-2018”.

Din il-pubblikazzjoni, li tindirizza kemm lill-pubbliku ġenerali kif ukoll lill-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra, tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ħidma mwettqa mill-KESE, f’dawn l-aħħar snin, fl-oqsma ewlenin tal-politika Ewropea, jiġifieri kwistjonijiet ekonomiċi, soċjali, ambjentali, u internazzjonali.

Aħbarijiet tal-KESE

Grazzi lill-President Dassis u lill-Viċi Presidenti Lobo Xavier u Smyth!

'Ewropa qrib taċ-ċittadini tagħha, u li hija magħquda, demokratika, mibnija fuq is-solidarjetà, paċifika u prospera'

Georges Dassis, President tal-KESE 2015-2018

Il-KESE jappoġġja l-pożizzjoni ġenerali tal-Kummissarju Ansip dwar l-istrateġija tal-Intelliġenza Artifiċjali li jmiss.

Ir-relatur tal-KESE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) Catelijne Muller tgħid li l-istrateġija, kif deskritta mill-Kummissarju Ansip lill-plenarja tal-KESE fil-15 ta’ Marzu, tissodisfa bis-sħiħ l-appell tal-Kumitat biex l-UE tkun minn ta’ quddiem nett fid-dinja biex tistabbilixxi il-qafas għall-iżvilupp u l-użu responsabbli tal-IA.

Il-futur tax-xogħol - it-tneħħija tad-diskrepanzi fil-ħiliet hija kruċjali

Fl-Opinjoni dwar il-futur tax-xogħol adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Marzu, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) stieden lill-Istati Membri biex jiffokaw fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ u jadattaw is-sistemi edukattivi tagħhom skont il-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol, li bħalissa għaddejjin minn bidliet mgħaġġla u drammatiċi li r-rivoluzzjoni ġdida industrijali u diġitali ġabet magħha.

“L-ECI trid issir għodda b’saħħitha għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini”

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hija maħsuba biex tippromovi ċ-ċittadinanza attiva u d-demokrazija parteċipattiva, u għandha l-potenzjal li tgħin biex jingħeleb id-defiċit demokratiku tal-UE. Hija wkoll għodda li tista’ tgħaqqad l-Ewropej madwar kawża u b’hekk issaħħaħ is-sens ta’ identità Ewropea. Madankollu, biex jinkiseb il-potenzjal sħiħ tagħha, trid tkun akkumpanjata minn djalogu u tagħmel impatt xieraq.

Dak kollu li mhuwiex permes fid-dinja reali m’għandux ikun permess fid-dinja virtwali wkoll

Il-KESE jirrikonoxxi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-kontenut illegali online bħala l-ewwel pass iżda jitlob lill-Kummissjoni tistabbilixxi programmi u miżuri effettivi għall-ħolqien ta’ qafas legali stabbli u konsistenti għat-tneħħija effiċjenti tal-kontenut illegali. 

Il-KESE jappella biex jinżamm il-momentum fl-implimentazzjoni tal-Unjoni Bankarja

Carlos Trias Pinto and Daniel Mareels

Il-KESE jappella biex il-miżuri proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u t-tisħiħ tal-UEM jiġu implimentati bis-sħiħ mingħajr dewmien.

Il-KESE iħeġġeġ l-affermazzjoni mill-ġdid tal-mudell soċjali Ewropew

RAPPORTEUR SPEAKING

Sabiex jingħelbu l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fis-soċjetà Ewropea, is-sostenibbiltà soċjali għandha tittieħed inkonsiderazzjoni fil-politiki kollha tal-UE u l-mudell soċjali Ewropew għandu jkun affermat mill-ġdid bħala garanzija tal-protezzjoni soċjali għaċ-ċittadini kollha fl-era tad-diġitalizzazzjoni u tal-globalizzazzjoni, qal il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) matul is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Marzu.

Il-Jum Ewropew tal-Konsumatur 2018: il-konsumaturi jeħtieġu aktar protezzjoni onlajn

X’inhu l-aħjar mod biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur onlajn: din it-tema kienet ċentrali fl-okkażjoni tal-20 Jum Ewropew tal-Konsumatur, avveniment konġunt organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Bulgarija, li sar f’Sofija fl-20 ta’ Marzu.

Ir-4 Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni jiffoka fuq l-integrazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol

Il-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni tal-2018, organizzat b’mod konġunt mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) u l- Kummissjoni, kellu bħala t-tema ewlenija tiegħu l-isfidi u l-opportunitajiet involuti biex il-migranti jiġu megħjuna jintegraw fis-suq tax-xogħol tal-UE. Ġabar flimkien aktar minn 120 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili kif ukoll rappreżentanti minn gvernijiet lokali u nazzjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Merħba lill-Kap Editur il-ġdid

Ewa Haczyk-Plumley hija l-Kap Editur il-ġdid tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-Unità tal-Istampa mit-3 ta’ April 2018.

Aħbarijiet mill-Gruppi

It-tnaqqis tad-Diskrepanza fil-Ħiliet – Il-perspettiva ta’ Min Iħaddem

mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-indirizzar tad-diskrepanza fil-ħiliet huwa kompitu multidimensjonali li jirrikjedi ħidma mhux biss fuq is-sistemi edukattivi u ta’ taħriġ iżda wkoll dwar il-bidla tal-mentalità tan-nies. Minħabba l-pass mgħaġġel tat-tibdil li qed naraw illum, mhuwiex faċli li b’mod preċiż jiġu identifikati l-ħtiġijiet futuri tal-ħiliet. Irridu lkoll naċċettaw li l-futur tax-xogħol se jirrikjedi tagħlim tul il-ħajja, biex niżguraw li b’mod kostanti nadattaw il-ħiliet tagħna skont il-ħtiġijiet li jinbidlu. Dawn kienu fost il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-konferenza dwar “It-Tnaqqis tad-Diskrepanza fil-Ħiliet għat-Tkabbir u l-Ħolqien tal-Impjiegi – Il-perspettiva tan-negozju”, li saret fit-22 ta’ Marzu 2018 f’Sofija, il-Bulgarija.

Il-finanzjament tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Neħtieġu b’mod urġenti li nsaħħu mill-ġdid is-solidarjetà u nwaqqfu n-nazzjonaliżmu, ir-razziżmu u politiki mingħajr viżjoni fl-Ewropa.

IL-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa fundamentali għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-pagi u għas-sistemi tal-protezzjoni soċjali fl-Ewropa, b’garanzija ta’ bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol u t-titjib tal-istrandards soċjali kif ukoll konverġenza bejn l-Istati Membri tal-UE  inkluż in-negozjar kollettiv u l-aċċess għas-servizzi soċjali.

Kif nagħtu spinta għat-tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni f'reġjuni vulnerabbli

mill-Grupp ta’ Interessi Varji tal-KESE

Fis-6 ta’ Marzu, il-Grupp ta’ Interessi Varji organizza l-Laqgħa straordinarja tiegħu f’Sofija, fil-kuntest tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-UE. Dan kien l-aħħar avveniment tal-Grupp taħt il-Presidenza ta’ Luca Jahier.

Daqt fl-avvenimenti kulturali / tal-KESE

Jum għall-Pubbliku – 5 ta’ Mejju 2018

Nhar is-Sibt 5 ta’ Mejju 2018, il-KESE, flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex jiċċelebra Jum l-Ewropa.