Membri tal-KESE jżuru l-Ġappun biex jiddiskutu l-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli

Membri tal-Kumitat ta’ Segwitu UE-Ġappun tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew żaru l-Ġappun biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) u biex isaħħu l-kooperazzjoni mal-kontropartijiet Ġappuniżi. Iż-żjara kienet tinkludi diskussjoni madwar mejda dwar l-ekonomija ċirkolari u l-ewwel Djalogu Konġunt bejn l-UE u l-Ġappun mas-soċjetà ċivili skont l-FSE.

Eve Päärendson, president tal-Kumitat ta’ Segwitu UE-Ġappun, ikkummentat: "L-FSE bejn l-UE u l-Ġappun huwa ta’ importanza globali ewlenija".

Punti għal taħdit kienu jinkludu kwistjonijiet marbuta mal-forza tax-xogħoil u l-parteċipazzjoni tan-nies fis-suq tax-xogħol, kif ukoll il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari biex isservi ta’ xprun għall-iżvilupp sostenibbli.

Eve Päärendson laqgħet bi pjaċir it-tnedija b’suċċess tad-djalogu konġunt bejn l-UE u l-Ġappun tas-soċjetà ċivili, u qalet li dan wera l-valur miżjud li dan it-tip ta’ djalogu jista’ joħloq fit-tisħiħ tar-rabtiet bejn iż-żewġ naħat.(dgf)