The Grassroots view – Episodju 4: It-triq twila u diffiċli għall-aċċessibilità

Waqt li qed titħejja l-aġenda l-ġdida tal-UE dwar id-diżabilità, fl-episodju 4 intitolat It-triq twila u diffiċli għall-aċċessibbiltà, niddiskutu s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-persuni b’diżabilità. Nitkellmu dwar dak li l-UE għandha tagħmel biex il-postijiet tax-xogħol tagħha jsiru aktar inklużivi – mhux biss fid-dinja fiżika iżda wkoll fil-mentalità kollettiva ta’ soċjetà li kważi inevitabbilment tonqos milli tara lill-persuna jekk mhux mid-diżabilità tagħhom.

Frank Sioen u Alba Gonzalez, it-tnejn li huma għandhom diżabilità, jgħidulna dwar il-problemi u l-ostakli li kellhom jissuperaw biex isibu impjieg u jżommuh. Mark Priestley , professur tal-Politika dwar id-Diżabilità fl-Università ta’ Leeds, jispjega kif id-dritt tal-persuni b’diżabilità li jaħdmu evolva fil-liġijiet u l-politiki Ewropej matul l-aħħar għexieren ta’ snin. Fl-aħħar, il-membru tal-KESE Iannis Vardakastakastanis jiddiskuti x’miżuri prattiċi għandha tinkludi l-istrateġija tal-Ue dwar id-diżabbiltà għall-għaxar snin li ġejjin biex l-aċċessibbiltà ssir realtà fl-Ewropa.(ll)