Jgħannu melodija differenti: in-nisa fil-kultura mużikali tal-Ewropa

Sabiex jimmarka Jum il-Mara Internazzjonali ta’ din is-sena fit-8 ta’ Marzu, il-KESE qed jorganizza wirja bl-isem ta’ Female Notes li tagħti ġieħ lin-nisa mużikali tal-Ewropa

Il-wirja tesplora l-identità soċjali ta’ mużiċisti nisa mis-seklu sittax sal-lum permezz ta’ sensiela ta’ panils bijografiċi, li jonoraw mijiet ta’ kompożituri u mużiċisti nisa madwar l-Ewropa filwaqt li tittraċċa l-evoluzzjoni tal-kultura mużikali.

Il-wirja qed tiġi organizzata b’kollaborazzjoni ma’ Women's Toponymy, assoċjazzjoni Taljana li ngħatat il-Premju għas-Soċjetà Ċivili tal-KESE tal-2019 għall-ġlieda tagħha kontra disparitajiet bejn is-sessi f'dak li jirrigwarda l-ismijiet ta’ postijiet, billi ssemmi postijiet għal nisa importanti. (ck)