Il-leġislazzjoni tal-UE għandha tinkludi aktar miżuri biex jiżguraw id-drittijiet tan-nisa b’diżabilità

In-nisa b’diżabilità għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom u, jkunu rappreżentati b’mod ġust fl-istituzzjonijiet pubbliċi, qalu l-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità waqt konferenza dwar "In-nisa b’diżabilità fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u t-triq ’il quddiem" fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Ħafna mill-kelliema qablu li n-nisa b’diżabilità għandhom aktar żvantaġġi mill-kontrapartijiet maskili tagħhom, u minkejja l-progress li qed isir, għadhom qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni doppja fl-UE. Ġie enfasizzat li n-nisa b’diżabilità mhumiex speċifikament indirizzati mill-politiki. Il-kelliema enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi promossa leġislazzjoni fil-livell tal-UE biex tipproteġi speċifikament id-drittijiet tan-nisa b’diżabilità. Kien affermat li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-vjolenza kontra n-nisa b’diżabilità, billi dawn huma aktar probabbli li jisfaw vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-parteċipanti f’din il-konferenza kienu jinkludu rappreżentanti ta’ diversi organizzazzjonijiet ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew. (mb/ia)