It-tagħlimiet meħuda mill-awsterità jagħmlu l-bidla ta’ politika obbligatorja

Lessons learned

Il-ġestjoni tal-kriżijiet futuri għandha tistinka għal bilanċ aħjar bejn l-objettivi soċjali u fiskali sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kapaċità ekonomika, is-swieq tax-xogħol u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-pajjiżi kkonċernati. Minflok awsterità ristrettiva, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimplimentaw politiki favur il-kooperazzjoni ekonomika, it-tkabbir u s-solidarjetà, iħeġġeġ il-KESE fl-opinjoni tiegħu fuq inizjattiva proprja dwar Nitgħallmu mill-imgħoddi sabiex jiġu evitati politiki ta’ awsterità severi fl-UE .

“L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom ikunu unikament responsabbli biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ aġġustament, anki jekk dawn il-ftehimiet ta’ sħubija ma’ istituzzjonijiet esterni huma stabbiliti,” qal ir-relatur José Leirião (Interessi Varji, PT). "Dan huwa ta’ importanza kbira peress li dawn għandhom ikunu konformi mal-valuri u l-objettivi komuni tagħna għandhom jevitaw l-inkonsistenzi u n-nuqqasijiet li qamu fil-passat."

Abbażi tal-esperjenza l-aktar reċenti ta’ kriżi, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jiġu involuti fuq livell ugwali ma’ korpi oħrajn fl-istabbiliment, il-monitoraġġ perjodiku u l-valutazzjoni ta’ dawn il-programmi.

Il-Kumitat jilqa’ l-għanijiet tal-Kummissjoni li tirriforma l-euro billi tabbanduna l-politiki tal-awsterità u tapprofondixxi l-UEM, peress li tqis li UEM riformata u kompleta se twassal biex l-UE ssir iżjed reżistenti għal xokkijiet asimmetriċi u tgħin fil-prevenzjoni ta’ kriżijiet futuri.

Madankollu, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfassal programmi supplimentari għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi li kienu/huma soġġetti għall-awsterità u jemmen li l-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri biex tiġi indirizzata, fil-livell tal-UE, iż-żieda fil-faqar u tiġi preservata l-protezzjoni soċjali. (jk)