Il-KESE jgħid li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-UE hija nieqsa mill-ambizzjoni

Il-proposta

tal-Kummissjoni Ewropea imissha ilha li waslet, u nieqsa mill-ambizzjoni, mill-konsistenza, u minn mekkaniżmi konvinċenti għall-implimentazzjoni effettiva tagħha.

Fl-Opinjoni tiegħu dwar il-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-UE, abbozzata minn Jorge Pegado Liz u adottata fis-sessjoni plenarja ta’ Frar, il-KESE jieħu pożizzjoni kontra l-approċċ adottat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kumitat jirrimarka li inizjattiva leġislattiva fil-qasam tal-moviment liberu ta’ data mhux personali hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda Diġitali u jitlesta s-Suq Uniku Diġitali.

Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li l-Kummissjoni ma tindirizzax verament l-aktar tliet għanijiet importanti, u għalhekk ma jistax japprova t-test attwali. “Din il-proposta mhux ser tikkontribwixxi lejn il-kisba tal-għanijiet bażiċi”, Is-Sur Pegado Liz. “Trid tkun parti minn approċċ aktar globali; għandha tkun l-ewwel pass fl-iżvilupp futur ta’ mod aktar ambizzjuż biex ikun assigurat moviment liberu ta’ data mhux personali fis-suq diġitali fl-Unjoni Ewropea”

  • Ir-rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data

Għan 1: Titjib tal-mobbiltà transkonfinali ta’ data mhux personali fis-suq uniku.

  • Disponibbiltà tad-data għall-awtoritajiet kompetenti

Għan 2: L-iżgurar li s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu u jingħataw aċċess għal data għal finijiet ta’ kontroll regolatorju, bħal pereżempju għall-ispezzjoni u għall-awditjar, jibqgħu mhux affettwati.

  • Trasferiment tad-data għal utenti professjonali

Għan 3: It-tħaffif tal-proċess għall-utenti professjonali tal-ħżin tad-data jew servizzi oħra tal-ipproċessar biex jaqilbu minn fornitur tas-servizzi għal ieħor u biex jittrasferixxu d-data. (mp)

Fir-ritratt: Jorge Pegado Liz, Relatur tal-KESE tal-Opinjoni dwar il-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-UE