Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Għeżież qarrejja,

Dan se jkun l-aħħar editorjal tiegħi bħala Viċi President tal-KESE responsabbli għall-Komunikazzjoni.

Matul dawn l-aħħar sentejn u nofs kien hemm ħafna sfidi, ferħ, responsabbiltà u għadd ta’ kwistjonijiet ta’ tħassib..

Mhuwiex posti nagħti rendikont ta’ dan il-mandat b’responsabbiltà għall-Komunikazzjoni fil-Kumitat. Minflok, nixtieq nieħu l-opportunità biex ngħid kelmtejn ta’ ringrazzjament lil kulħadd.

Nieħu x-xogħol fil-Kumitat b’serjetà kbira. Li tkun membru ta’ dan il-korp konsultattiv tal-Unjoni Ewropea jipprovdi opportunità reali biex tagħmel kontribut pożittiv fil-proċess u l-proġett Ewropew.

Dati tad-Djarju

15/03/2018 - 16/03/2018 Brussell
L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!
20/03/2018 Sofija, il-Bulgarija
Jum Ewropew tal-Konsumatur
10/04/2018 Brussell
JUM L-INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI EWROPEJ 2018: Naħdmu Flimkien
18/04/2018 - 19/04/2018 Brussell
sessjoni plenarja tal-KESE

Fil-qosor

Magħquda fid-d-diversità: ġejjieni żagħżugħ għall-kultura Ewropea

Il-motto tal-Unjoni Ewropea tidher fit-titlu tad-disa’ edizzjoni ta’ “L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!” (YEYS) li se ssir fil-15 u s-16 ta’ Marzu. L-avveniment taż-żgħażagħ tal-KESE se jkun iddedikat għas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.

Il-futur tad-demokrazija fl-Ewropa huwa marbut direttament ma' Ewropa paċifika u federali

Il-futur tad-demokrazija fl-Ewropa kien diskuss f’konferenza ta’ jumejn fuq livell Ewropew u organizzata mill-President tal-KESE Georges Dassis fil-mużew tal-Akropoli, f’Ateni fl-1 u t-2 ta’ Marzu. F’kamra mimlija parteċipanti impenjati b’mod attiv mill-istituzzjonijiet tal-UE, mill-gvern Grieg, mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-universitajiet, Georges Dassis ippreżenta r-raġunijiet favur Ewropa paċifika, federali li tiddefendi s-solidarjetà u l-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

 

Il-leġislazzjoni tal-UE għandha tinkludi aktar miżuri biex jiżguraw id-drittijiet tan-nisa b’diżabilità

In-nisa b’diżabilità għandhom ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet li jikkonċernawhom, u jkunu rappreżentati b’mod ġust fl-istituzzjonijiet pubbliċi, qalu l-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità waqt konferenza dwar "In-nisa b’diżabilità fl-UE: is-sitwazzjoni attwali u t-triq ’il quddiem" fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Aħbarijiet tal-KESE

Ir-rwol tat-Turkija fil-kriżi tar-refuġjati hija kruċjali, iżda hemm lok għal titjib

F’ opinjoni adottata fil-plenarja ta’ Frar, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qal li huwa rrikonoxxa l-isforzi tat-Turkija sabiex tospita aktar minn tliet miljun refuġjat, iżda enfasizza l-ħtieġa li jagħtuhom protezzjoni mhux diskriminatorja meħtieġa bil-liġi internazzjonali.

Il-KESE mistieden jieħu sehem fil-proġett ta' konsultazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej ta' Emmanuel Macron

Il-KESE għandu rwol essenzjali x’jaqdi fil-konsultazzjonijiet pubbliċi proposti mill-President Franċiż, peress li l-inizjattivi li jittieħdu ta’ kuljum mill-KESE, li jippermettu lis-soċjetà ċivili jkollha vuċi fit-tfassil tal-Ewropa fl-ogħla livell, huma fundamentalment f’konformità mal-idea wara konsultazzjonijiet. Dan kien il-messaġġ imwassal minn Nathalie Loiseau, il-ministru Franċiż għall-affarijiet Ewropej, fid-diskors tagħha waqt is-sessjoni plenarja tal-KESE fi Brussell fil-15 ta’ Frar.

It-tagħlimiet meħuda mill-awsterità jagħmlu l-bidla ta’ politika obbligatorja

Lessons learned

Il-ġestjoni tal-kriżijiet futuri għandha tistinka għal bilanċ aħjar bejn l-objettivi soċjali u fiskali sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-kapaċità ekonomika, is-swieq tax-xogħol u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali tal-pajjiżi kkonċernati. Minflok awsterità ristrettiva, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimplimentaw politiki favur il-kooperazzjoni ekonomika, it-tkabbir u s-solidarjetà, iħeġġeġ il-KESE fl-opinjoni tiegħu fuq inizjattiva proprja dwar Nitgħallmu mill-imgħoddi sabiex jiġu evitati politiki ta’ awsterità severi fl-UE .

Il-KESE jressaq proposti biex iċ-ċibersigurtà ssir realtà

L-UE għandha ssaħħaħ il-mandat tal-ENISAbħala l-aġenzija għaċ-ċibersigurtà tal-UE, toħloq qafas ta’ ċertifikazzjoni fil-livell Ewropew, u tiffoka fuq l-edukazzjoni u l-ħarsien tal-utenti tal-internet.

Ir-riforma tas-SESF hija pass importanti fit-triq lejn l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali

Financial integration

Il-KESE jirrakkomanda t-twaqqif bla dewmien tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, filwaqt li jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-korpi tas-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja billi jissaħħu l-kompetenzi tagħhom u jittejbu l-governanza u l-finanzjament tagħhom.

Il-KESE qed isejjaħ għal aktar investiment pubbliku biex jiġi promoss it-tkabbir ekonomiku fl-UE

Fl-Opinjoni reċenti tiegħu dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) għall-2018 tal-Kummissjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ġibed l-attenzjoni lejn l-importanza strateġika tas-Semestru Ewropew, iżda qal li huwa favur l-estensjoni tiegħu bi skop, sabiex tiġi żgurata mhux biss is-sostenibilità ekonomika u soċjali, iżda wkoll dik ambjentali fil-politiki makroekonomiċi tal-UE.

L-UE għandha tieħu azzjoni fis-settur tat-teknoloġija medika

L-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikunu minn ta’ quddiem nett fl-ottimizzazzjoni tal-industrija tat-teknoloġija medika fl-Ewropa, peress li l-prestazzjoni tagħha bħalissa qed tbati minn frammentazzjoni eċċessiva u kompetizzjoni dejjem tikber, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) qal fis-sessjoni plenarja tiegħu fl-14 ta’ Frar.

Azzjoni klimatika: jeħtieġ li nibagħtu sinjal qawwi lill-atturi mhux statali

Fl-Opinjoni tiegħu dwar It-tisħiħ ta’ azzjonijiet dwar il-klima minn atturi mhux statali, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jipproponi li jkun hemm Djalogu Ewropew, li l-għan ewlieni tiegħu jkun li jagħmel l-impenn lejn it-tibdil fil-klima aktar attraenti għad-diversi partijiet ikkonċernati mhux statali sabiex dan isir l-istandard il-ġdid.

Il-KESE jgħid li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-UE hija nieqsa mill-ambizzjoni

Il-proposta

tal-Kummissjoni Ewropea imissha ilha li waslet, u nieqsa mill-ambizzjoni, mill-konsistenza, u minn mekkaniżmi konvinċenti għall-implimentazzjoni effettiva tagħha.

Ħadd ma jitħalla lura: Il-KESE impenjat li l-ekonomija ċirkolari ssir "l-istatus quo”

Waqt il-ftuħ tal-Konferenza tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea fl-20 ta’ Frar, il-President tal-KESE, Georges Dassis, qal: “it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari hija opportunità importanti għas-soċjetà ċivili. Diġà qed isseħħ fuq il-post…. Madankollu, jeħtieġ li niżguraw li tiġi aċċettata b’mod wiesa’. Li ħadd ma jitħalla lura huwa wieħed mill-objettivi tal-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari, spazju kruċjali fejn għandha tissawwar din ix-xorta ta’ viżjoni kondiviża tat-tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea ċirkolari u sostenibbli”.

Il-KESE jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex iħaffu fit-tlestija tal-UEM

L-Istati Membri għandhom jaħdmu b'mod urġenti fuq UEM aktar stabbli, prospera u aktar reżiljenti. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ aktar miżuri fuq livell nazzjonali u dak tal-UE: din hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ dibattitu pubbliku dwar it-tlestija tal-UEM, ospitat reċentement mill-KESE.

Il-KESE fil-Jum tal-Industrija Ewropea

“L-isfidi għall-industrija tal-Ewropa huma straordinarji, u l-ebda Stat Membru ma jista’ jiffaċċjahom waħdu. Iżda l-opportunitajiet huma enormi. Irridu naħtfuhom biex inżommu t-tmexxija tagħna f’bosta oqsma fejn diġà għandna u nirkuprawha fejn kważi ntilfet lill-kompetituri”.

Aħbarijiet mill-Gruppi

L-impjegaturi ser jiddiskutu l-miżuri biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-ħiliet

mill-Grupp ta’ Min Iħaddem

Il-Grupp ta’ Min Iħaddem, flimkien ma’ assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi ewlenin Bulgari, ser jorganizza konferenza f’Sofia, il-Bulgarija fit-22 ta’ Marzu bl-isem It-tnaqqis tad-diskrepanzi fil-ħiliet għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi - perspettiva tan-negozju Il-membri tal-panel ser jaqsmu l-aħjar prattiki u jiddiskutu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet. L-avveniment huwa parti mill-kalendarju tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Gabriele Bischoff fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa

Fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa niċċelebraw in-nisa, filwaqt li ma niftakrux biss f’dak li ksibna, iżda f’dak li għad baqgħalna x’nagħmlu. Din is-sena, il-Grupp tal-Ħaddiema qed jiffoka b’mod partikolari fuq l-irġiel. Għalfejn l-enfasi fuq l-irġiel fil-jum li fih niċċelebraw in-nisa? Għaliex l-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex biss kwistjoni tan-nisa. Mingħajr l-involviment tal-irġiel qatt m’aħna se niksbu tassew l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-Grupp ta’ Interessi Varji tal-KESE jitlob għal innovazzjoni fis-soċjetà ċivili

mill-Grupp ta’ Interessi Varji tal-KESE

Il- laqgħa straordinarja tal-Grupp ta’ Interessi Varji li saret fil-15 ta’ Frar rat il-preżentazzjoni ta’ studju bit-titlu L-evoluzzjoni futura tas-soċjetà ċivili fl-Unjoni Ewropea sal-2030 . Il-KESE kien ikkummissjona liċ-Ċentru għas-servizz ta’ informazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-NGOs (CNVOS - Slovenia) u n-Netwerk Ewropew tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonali tas-Soċjetà Ċivili ( ENNA ) biex iwettqu l-istudju. 

Daqt fl-avvenimenti kulturali / tal-KESE

L-alfabet Ċirilliku - Alfabet ġdid fl-Unjoni Ewropea

Fil-qafas tal-Presidenza Bulgara tal-UE, il-KESE qed jospita wirja "L-alfabet Ċirilliku - Alfabet ġdid fl-Unjoni Ewropea" mill-15 ta’ Marzu sal-24 ta’ Mejju 2018. Il-wirja tikkonsisti f’serje ta’ kartelluni, maħluqa minn studenti tad-Dipartiment tal-Kotba u l-Grafika Stampata tal-Akkademja Nazzjonali tal-Arti tal-Bulgarija fl-2007, fl-okkażjoni tal-adeżjoni pajjiż għall-UE. (ck)