L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol: 100 sena ta’ protezzjoni soċjali

Hekk kif l-ILO tiċċelebra ċ-ċentenarju tagħha, il-KESE qed jospita wirja li tagħti ħarsa lejn l-istorja u l-ħidma tal-organizzazzjoni. Intitolata 100 sena ta’ Protezzjoni Soċjali mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-wirja ser tkun disponibbli fil-bini tal-KESE matul Frar.

Il-wirja, li hija magħmula minn 24 roll-up banner bl-Ingliż u l-Franċiż, turi l-istabbiliment u l-evoluzzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali madwar id-dinja mill-ħolqien tal-ILO fl-1919 ’il quddiem.

Avveniment ta’ tnedija huwa ppjanat għall-Erbgħa, 19 ta’ Frar, meta s-sessjoni plenarja tal-KESE se tkun qed tospita dibattitu mad-Direttur Ġenerali tal-ILO, Guy Ryder.

Organizzata bl-appoġġ tat-tliet gruppi tal-KESE (MIn Iħaddem, Ħaddiema u Diversità Ewropa), il-wirja diġà kienet eżebita fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fil-Lussemburgu, f’Antwerp u f’diversi Universitajiet.

Informazzjoni prattika: https://bit.ly/2S0Ka9w (ck)