Il-grupp tal-Ħaddiema tal-KESE jilqa’ l-ftehim dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

mill-grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Fl-24 ta’ Jannar il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri laħqu ftehim dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata directive"Dan il-ftehim huwa pass konkret biex il-ħajja tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw Ewropej issir aktar faċli,” qal Gaby Bischoff, il-president tal-Grupp tal-Ħaddiema fil-KESE.

Il-Grupp tal-Ħaddiema mexxew id-diskussjonijiet dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema b’responsabbiltajiet ta’ kura fi ħdan il-KESE flimkien permezz tal-Opinjoni tiegħu dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri li jaħdmu u għall-persuni li jindukraw peress li t-trade unions kienu qed jirsistu għal din l-inizjattiva leġislattiva bħala parti integrali tal-Pilastru Soċjali Ewropew biex jinkiseb progress soċjali għaċ-ċittadini Ewropej.

"Aħna nilqgħu l-ftehim billi dan se jikseb progress billi jintroduċi 10 ijiem liv tal-paternità tul iż-żmien tat-twelid. Dan il-liv jitħallas fl-istess livell ta’ liv minħabba mard għall-missirijiet jew għal imsieħba oħra ekwivalenti, u b’hekk jintlaħaq l-għan tal-proposta li jiżdied l-involviment tal-missirijiet/tal-imsieħba. L-ommijiet u l-missirijiet huma intitolati għal-liv tal-ġenituri, li jitħallsu f’livell “adegwat”. Din kienet kwistjoni ewlenija ta’ kampanja għat-trade unions sabiex tgħin lill-ġenituri jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Barra minn hekk, in-nies li jieħdu ħsieb persuni morda se jkunu jistgħu jieħdu liv ta’ ħamest ijiem”,, qal Gaby Bischoff.

“Il-politiki tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma għodod li jippermettu lin-nisa u lill-irġiel jagħmlu l-għażliet li jibdew minn kundizzjonijiet ekwi,” qalet Erika Koller, ir-relatur għall-Opinjoni.

“Dan il-ftehim mhuwiex soluzzjoni maġika li se ssolvi kollox, iżda ċertament huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.” (ppr)