Minkejja l-potenzjal kbir tagħha, is-suċċess tar-riforma proposta tal-VAT ma tistax tittieħed bħala fatt

VAT tax reform

Sistema ġdida tal-VAT għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri trid tirrealizza l-potenzjal kollu tagħha u tillimita kwalunkwe effett negattiv possibbli fuq is-suq uniku, jgħid il-KESE fl- Opinjoni tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet u komunikazzjoni estensiva se tkun kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-proposta.

Il-KESE jikkunsidra li r-riforma proposta hija pass kruċjali biex titlesta s-sistema definittiva tal-VAT għall-intaxxar ta’ oġġetti fil-kummerċ B2B abbażi tal-prinċipju tad-destinazzjoni. Jemmen li l-qafas il-ġdid jista’ jwassal għal benefiċċji tanġibbli għan-negozji..

"“Ir-riforma jista’ jkollha impatt pożittiv fuq in-negozji u t-tkabbir tagħhom, iżda s-suċċess tagħha ma jistax jitqies bħala fatta”, qal ir-relatur Krister Andersson. "Ir-Regoli jridu jiġu implimentati kif suppost, u l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali jridu jintensifikaw il-kollaborazzjoni ta’ kuljum tagħhom filwaqt li jimpenjaw ruħhom f’kampanja ta’ komunikazzjoni,” huwa spjega. "

Filwaqt li r-riforma se tbiddel it-tassazzjoni tal-kummerċ transfruntier B2B fil-prodotti, is-servizzi se jkomplu jiġu ntaxxati taħt reġim differenti. Peress li dan x’aktarx joħloq problemi, il-KESE jitlob li ssir esplorazzjoni ta’ kif sistema li tkopri ż-żewġ oqsma tista’ tiġi introdotta malajr kemm jista’ jkun.

“Mod komuni biex jiġu ntaxxati l-prodotti u s-servizzi jkun aktar favorevoli għat-tkabbir u aktar effettiv kontra l-frodi,” qal il-korelatur," said co-rapporteur Giuseppe Guerini.

Fl-Opinjoni tiegħu l-KESE jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar kif ir-riforma tista’ tiġi implimentata u jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara d-dispożizzjonijiet proposti għall-Punt Uniku ta’ Servizz u għall-persuna taxxabbli ċċertifikata. Huwa jesprimi tħassib dwar il-ħolqien ta’ ostakli ġodda għall-SMEs u n-negozji l-ġodda. Fl-aħħar nett, il-KESE jirrakkomanda investiment adegwat f’assi ta’ ħardwer u softwer tal-IT sabiex jiġi żviluppat b’mod xieraq OSS (Punt Uniku ta’Servizz) solidu u affidabbli. (jk)