Il-minoranzi konjittivi jistgħu jgħinu biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol ta’ għada

Lura f’Jannar, is-Sezzjoni TEN tal-KESE kellha preżentazzjoni dwar kif jista’ jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ “minoritajiet konjittivi” – persuni b’awtiżmu b’livell għoli ta’ funzjonament, iperattività, dislessija u disprassja biex tiġi indirizzata d-domanda għal ħiliet tekniċi li hawn nuqqas tagħhom, u b’hekk jiġu mgħejuna wkoll jintegraw fis-soċjetà.

Hugo Horiot, l-awtur tal-ktieb Autisme, j'accuse! u li hu awtistiku hu stess, innota li hemm "ħafna oqsma niċċa fejn ikunu meħtieġa ħiliet tekniċi ta’ livell għoli iżda li diffiċli jinstabu, peress li s-sistema tirrifjuta lill-grupp konjittiv li jipprovdi dawk il-ħiliet" “għandna bżonn nħeġġu lin-negozji u lill-istituzzjonijiet biex jistabbilixxu metodi oħra ta’ reklutaġġ u ta’ evalwazzjoni minbarra l-mudelli standard ibbażati fuq il-ħiliet soċjali.”

Skont għadd ta’ stimi, madwar 65% tat-tfal tal-iskola tal-lum se jintalbu jwettqu xogħol li bħalissa ma jeżistix u l-kumpaniji se jsibuha dejjem aktar diffiċli biex isibu l-ħiliet li jkollhom bżonn. L-isfruttar tal-potenzjal tal-minoritajiet konjittivi mhux biss ikun jipprovdi kontribut essenzjali għas-soċjetà tagħna iżda joffri wkoll opportunità ta’ integrazzjoni soċjali għal persuni li għandhom tip differenti ta’ intelliġenza. “Grupp fis-soċjetà li huwa mċaħħad minn kwalunkwe prospetti se jkun qed jingħata opportunità li jikkontribwixxi għas-soċjetà tagħna b’modi innovattivi," qal is-Sur Horiot.

Li ngħarfu li l-bnedmin kollha huma komplementari u jistgħu jikkontribwixxu għas-soċjetà f’diversi modi huwa fundamentali. “Aħna lkoll differenti minn xulxin,” qal il-President tas-Sezzjoni TEN Pierre Jean Coulon. “Madankollu, hemm differenzi li huma kkunsidrati aċċettabbli għaliex ma jdejqu jew jaffettwaw lil ħadd u, min-naħa l-oħra, hemm differenzi li ma naċċettawx. Dan huwa l-każ tan-newrodiversità,” huwa temm jgħid.(mp)