Il-KESE ser jappella għar-rikonoxximent legali tal-attivitajiet filantropiċi fl-UE

Il-kontribuzzjonijiet minn sorsi filantropiċi fl-Ewropa jammontaw għal kważi EUR 90 biljun kull sena, iżda għall-kuntrarju tal-kumpaniji kummerċjali, il-fondazzjonijiet filantropiċi jew id-donaturi privati ma jistgħux igawdu l-benefiċċji tas-suq uniku Ewropew, li jagħmilha diffiċli għalihom biex jestendu x-xogħol karitattiv tagħhom b’mod transkonfinali.

Fis-seduta ntqal li, madankollu, l-importanza tal-attivitajiet filantropiċi żdiedet u dawn jistgħu jintużaw biex jikkomplementaw il-finanzjament f’ħafna oqsma fejn l-appoġġ pubbliku huwa nieqes. Filantropija Ewropea: potenzjal mhux sfruttat, li saret mill-KESE fis-16 ta’ Jannar.

Is-seduta laqqgħet għadd ta’ organizzazzjoniet u individwi filantropiċi, li l-fehmiet tagħhom ser jipprovdu kontribut siewi għal Opinjoni dwar il-filantropija Ewropea li qed titfassal mill-KESE fuq talba tal-Presidenza Rumena tal-UE.

"Se nkunu qed nitolbu għal qafas legali li jkopri l-iżvilupp tal-attivitajiet filantropiċi u biex l-organizzazzjonijiet filantropiċi jingħataw l-istess status bħal dak tal-kumpaniji kummerċjali," qalPetru Dandea, ir-relatur tal-opinjoni.

Hemm madwar 150 000 fondazzjoni ta’ benefiċċju pubbliku fl-Ewropa b’impenn finanzjarju ta’ EUR 87 biljun, li jammonta għal aktar mill-baġit tad-dħul ta’ 15-il Stat Membru.

Il-KESE jqis ukoll li l-attivitajiet filantropiċi għandhom ikunu trasparenti u definiti b’mod ċar u li l-filantropija bl-ebda mod m’għandha tissostiwixxi s-sistemi ta' protezzjoni soċjali pubbliċi jew tiffaċilita l-evażjoni mit-taxxa. (ll)