Is-soċjetà ċivili trid tissorvelja l-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE aktar mill-qrib

Matul is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Jannar, il-KESE adotta opinjoni strengthening dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles iffirmati mill-Unjoni Ewropea. Il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi diġà huma responsabbli biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles fl-oqsma tal-iżvilupp sostenibbli u l-istandards tax-xogħol, iżda l-KESE jixtieq jestendi dan ir-rwol ta’ monitoraġġ għall-aspetti kollha tal-ftehimiet, inklużi d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-kummerċ.

Il-KESE jemmen li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili f’kull tip ta’ ftehim hija essenzjali, mhux biss għal skopijiet ta’ monitoraġġ, iżda wkoll sabiex jinkisbu l-aspirazzjonijiet strateġiċi tagħhom. Dan għandu jsir permezz ta’ korp wieħed għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili li jinkludi ż-żewġ naħat tal-ftehim. Alberto Mazzola, ir-relatur tal-opinjoni, irrimarka li “l-UE illumtiffaċċja domanda dejjem tikber għal djalogu kostruttiv mas-soċjetà ċivili dwar il-kummerċ, kif seħħ bis-CETA u t-TTIP, u l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi huma mod tajjeb ħafna kif ikun hemm konnessjoni maċ-ċittadini dwar il-kwistjonijiet relatati mal-kummċer".

Dan ir-rwol tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi għandu jkun akkumpanjat minn dispożizzjonijiet oħrajn dwar il-funzjonament tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi attwali u futuri. Il-Gruppi Konsultattivi Domestiċi għandhom jiggarantixxu wkoll rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-interessi tas-soċjetà ċivili u għandhom ikunu jistgħu jinvolvu u jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati esterni.

Bħalissa hemm tmien Gruppi Konsultattivi Domestiċi attivi b’27 membru tal-KESE. Ħamsa oħra huma mistennija li jiġu stabbiliti sal-2021 u jistgħu jiġu stabbilit aktar gruppi fil-futur. Il-KESE jistenna li l-ispiża tal-involviment tiegħu fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi ser tirdoppja matul it-tliet snin li ġejjin u tittriplika biex tkopri l-Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li qed jiġu nnegozjati bħalissa. (dgf)