
Better the balance, better the EU (Bilanċ aħjar, UE aħjar)
Għeżież qarrejja,
Bosta pajjiżi Ewropej f’dawn l-aħħar snin iċċelebraw jew dalwaqt se jikkommemoraw iċ-ċentenarju tal-għoti tad-drittijiet tal-vot lin-nisa. Din hija rebħa li nkisbet permezz ta’ battalji twal, diffiċli u xi kultant imdemmin, mill-ġenerazzjonijiet ta’ nisa li ġew qabilna. X’inhu l-aħjar mod biex niċċelebraw dan il-mument sinifikanti fl-istorja tas-soċjetajiet tagħna jekk mhux billi neżerċitaw dan id-dritt ilkoll flimkien?