
Il-KESE jiċċelebra d-difensuri tal-valuri Ewropej
Għeżież qarrejja,
Kull sena, l-għoti tal-premju tal-KESE għas-soċjetà ċivili jikkommemora mument importanti mhux biss għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jippremja r-rebbieħa, iżda wkoll għall-organizzazzjonijiet kollha tas-soċjetà ċivili li, permezz ta’ ħidmithom, jikkontribwixxu biex itejbu l-konvivenza fl-Ewropa. Fil-fatt, hija s-soċjetà ċivili Ewropea fid-diversità u r-rikkezza tagħha kollha li, simbolikament, tittella’ fuq il-palk u ssir iċ-ċentru tal-attenzjoni permezz tal-premju.