Il-Premju tal-KESE għas-Soċjetà Ċivili – Fatti u ċifri

Il-Premju għas-Soċjetà Ċivili, li tnieda fl-2006, huwa mogħti għal “eċċellenza f’inizjattivi tas-soċjetà ċivili”. Kull sena, il-premju jkopri aspett differenti tal-attivitajiet tal-KESE u huwa miftuħ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha reġistrati uffiċjalment fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif ukoll għal individwi.

Biex ifakkar id-9 anniversarju tiegħu, il-Premju għas-Soċjetà Ċivili tal-2017 ippremja proġetti innovattivi li jippromovu impjiegi u intraprenditorija ta’ kwalità, jiġġieldu l-esklużjoni fl-impjieg u jneħħu l-ostakli fis-suq tax-xogħol għal persuni fil-bżonn, bħaż-żgħażagħ, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni, dawk qiegħda fit-tul, nisa maqtugħin mis-suq tax-xogħol, persuni b’diżabilità, u persuni li jgħixu fil-faqar.

Fl-2017, il-KESE rċieva 111-il applikazzjoni minn 25 Stat Membru. Bord tal-evalwazzjoni magħmul minn 10 membri, li jinkludi l-President u ż-żewġ Viċi Presidenti tal-KESE, il-presidenti tal-Gruppi ta’ Min Iħaddem, tal-Ħaddiema u ta’ Interessi Varji, tliet membri tal-KESE (wieħed minn kull Grupp) u espert estern, għażlu l-ħames rebbieħa. Il-ħames proġetti rebbieħa tħabbru waqt iċ-ċerimonja tal-premjijiet nhar is-7 ta’ Diċembru matul is-sessjoni plenarja tal-KESE fi Brussell. Bejniethom ingħataw EUR 50 000 ta’ premijiet fi flus.

Fis-snin preċedenti, il-premjijiet marru għal inizjattivi li jtejbu l-ħajjiet tar-refuġjati u l-migranti, jiġġieldu l-faqar u l-esklużjoni soċjali, jappoġġjaw il-komunitajiet Rom, jippromovu stili ta’ ħajja sostenibbli u impjiegi ekoloġiċi, jinkoraġġixxu n-netwerking, l-edukazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, u jiddefendu l-interessi taż-żgħażagħ.

Aktar dettalji dwar il-Premju għas-Soċjetà Ċivili tal-2017 huma disponibbli here. Wieħed jista’ jara l-filmat dwar il-proġetti rebbieħa hawnhekk here. (sg/ac)