Il-Premju tal-KESE ser jgħin biex joħloq bosta opportunitajiet ġodda, jgħid ir-rebbieħ tal-ewwel premju Discovering Hands

Discovering hands

Hekk kif il-kumpanija tinsab lesta biex tidħol fis-suq internazzjonali, is-CEO Frank Hoffmann jgħid li l-Premju ser jintuża biex jitħarrġu istrutturi ġodda.

KESE Info: Xi tfisser għalik u għall-organizzazzjoni tiegħek ir-rebħa ta’ dan il-Premju?

Discovering Hands: Discovering Hands għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-identifikazzjoni bikrija tal-kanċer tas-sider b’mod uman ħafna billi minn diżabbiltà joħloq rigal li jsalva l-ħajja, filwaqt li jiftaħ qasam ta’ xogħol kompletament ġdid għall-persuni b’vista batuta.

L-isfida li jmiss għal Discovering Hands hija li l-mudell żviluppat tajjeb tagħna jasal f’pajjiżi Ewropej oħra - il-Premju tal-KESE ser jgħin biex iwitti ħafna toroq ġodda.

X’parir tagħti lil organizzazzjonijiet oħra fir-rigward tal-kisba tar-riżultati f’attivitajiet u programmi bħal dawn?

Intrapriża soċjali għandha dejjem tkun ċara dwar l-objettiv kummerċjali tagħha stess u ssegwih b’mod strett. Imbagħad kull sforz iħalli l-frott.

Kif ser tuża dan il-finanzjament biex tgħin iktar lill-komunità?

Bil-fondi tal-Premju tas-Soċjetà Ċivili, ser nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ oqsma ġodda ta’ attività għall-eżaminaturi tattili għomja tagħna, pereżempju taħriġ għall-istrutturi ta’ awtoeżaminazzjoni tattili tas-sider.