Lingwi Disponibbli:

Editorjal

Dawk li jorqdu f’demokrazija jistembħu f’dittatorjat

Id-demokrazija hija pjanta żgħira li għandha bżonn min jieħu ħsiebha kompitu ta’ kuljum għal dawk li jemmnu li s-soluzzjonijiet għall-biċċa l-kbira jinstabu permezz tad-dibattitu, il-kompromess u l-komunikazzjoni komprensiva. Minn dan il-lat, id-demokrazija fl-Ewropa tinsab f’riskju.

Matul l-aħħar 10 snin, il-mexxeja kellhom jaffrontaw kriżijiet li ħadu lil Ewropa għall-għarrieda: l-ewwel kien hemm il-kriżi finanzjarja, imbagħad il-kriżi ekonomika u soċjali, u fl-aħħar – bħallikieku dan kollu ma kienx biżżejjed ’l hekk imsejħa “il-kriżi tal-migrazzjoni”, li wasslet għal tibdil permanenti fl-imġieba tas-soċjetà Ewropea.

Fil-qosor

Il-KESE u l-Parlament Ewropew jingħaqdu flimkien biex jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej

< p > < strong > Il-presidenti tal-KESE u tal-Parlament Ewropew Luca Jahier Antonio Tajani ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li fiha ż-żewġ istituzzjonijiet jieħdu impenn biex iwettqu għadd ta’ attivitajiet konġunti biex titqajjem kuxjenza u titħeġġeġ l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019. 

#COP24: il-President tal-KESE Luca Jahier jitlob governanza ġdida tal-UE dwar l-azzjoni klimatika

< p > Atturi mhux statali u sottonazzjonali s’issa kellhom rwol deċiżiv f’azzjoni dwar il-klima, iżda ħafna drabi jaffaċċjaw ostakli insormontabbli. Waqt il-konferenza COP 24 dwar it-tibdil fil-klima f’Katowice, il-Polonja, fit-2-14 ta’ Diċembru 2018, il-President tal-KESE, Luca Jahier, saħaq dwar kemm kien urġenti biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u enfasizza l-fatt li l-Ewropa kellha bżonn tħaddan mekkaniżmu ġdid għal sostenibbiltà li jinkludi governanza b’diversi partijiet interessati. < /strong > < /p >

Summit tal-Euromed: L-investiment fil-kapital uman huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun

< p > < strong > Membri ta’ korpi rappreżentattivi tas-soċjetà ċivili mill-pajjiżi tar-reġjun Ewro-Mediterranju ltaqgħu f’Turin fis-17–18 ta’ Diċembru għas-Summit annwali tal-Euromed tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili. Huma ddiskutew l-edukazzjoni u t-taħriġ fir-reġjun.

Ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jitolbu lill-Montenegro biex iżid l-isforzi f’oqsma tal-migrazzjoni u l-libertà tal-midja

Event banner

Rappreżentanti ta’ entitajiet tas-soċjetà ċivili ddiskutew fi Brussell is-sitwazzjoni attwali ta’ negozjati tal-adeżjoni tal-Montenegro fl-UE waqt it-12-il laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt tas-Soċjetà Ċivili UE-Montenegro (JCC). Dikjarazzjoni konġunta finali laqgħet ittkabbir rapidu tal-ekonomija tal-Montenegro fl-2018 kif ukoll it-tnaqqis fil-qgħad.

L-investiment fil-mobilità nadifa huwa essenzjali

Mobilità sikura u nadifa hija kruċjali għall-futur tal-Ewropa. Matul il-konferenza ta’ livell għoli fi Vjenna fil-15-16 ta’ Novembru 2018, il-membri tal-KESE analizzaw is-sitwazzjoni attwali ta’ mobilità fl-UE u enfasizzaw għal darb’oħra kemm impenn b’saħħtu dwar din il-kwistjoni huwa fundamentali għall-iżvilupp futur ta’ politika Ewropea tat-trasport .

"Ningħaqdu fin-niket” - ġieħ lil Paweł Adamowicz, Sindku ta' Gdańsk

Il-President tal-KESE Luca Jahier u Isabel Caño, il-Viċi President għall-komunikazzjoni, taw ġieħ lil Paweł Adamowicz, Sindku ta’ Gdańsk, li ġarrab ġrieħi fatali wara attakk brutali fit-13 ta’ Jannar 2019 waqt avveniment pubbliku għall-karità. Iċ-ċerimonja kommemorattiva saret Solidarnośćfl-Esplanade Solidarność< /span > tal-Parlament Ewropew fi Brussell fil-15 ta’ Jannar.

Bħala Sindku ta’ Gdańsk għal 20 sena, Ewropew u difensur tal-valuri demokratiċi u tad-djalogu, huwa ttrasforma l-belt ta’ Gdańsk f’post dinamiku u miftuħ. Huwa għen sabiex tinbena d-demokrazija fil-Polonja u fl-Ewropa. (ehp)

Seminar għall-ġurnalisti fiż-żmien ta’ qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019

F’Diċembru 2018, l-unità tal-istampa tal-KESE organizzat it-tieni seminar tal-KESE għall-ġurnalisti, bil-għan li tippermetti lil ġurnalisti minn madwar l-Ewropa isiru jafu aħjar il-ħidma tal-Kumitat, il-membri tiegħu u l-kontribut li jagħmel għall-ħajja ta’ kuljum tal-Ewropej.

L-isbaħ xewqat!

L-isbaħ xewqat mingħand l-Unità tal-Istampa għas-sena l-ġdida 2019. Nawguraw li tkun kreattiva!

“Li s-sena 2019 tkun mimlija ġustizzja, solidarjetà, ugwaljanza” - Isabel Caño Aguilar, Viċi President inkarigata mill-komunikazzjoni

Aħbarijiet tal-KESE

“Il-passat huwa għalliem tajjeb iżda mhuwiex destinazzjoni għall-futur”

Frans Timmermans, l-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, tkellem dwar l-istat tad-dritt u Ewropa sostenibbli waqt il-plenarja ta’ Diċembru tal-KESE.

Mingħajr migranti, il-mudell ekonomiku u soċjali tal-Ewropa jinsab fil-periklu, jgħid il-KESE

Fit-13 ta’ Diċembru 2018, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) adotta Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar l-ispiża tan-nuqqas ta’ immigrazzjoni u tan-nuqqas ta’ integrazzjoni. Din tiffoka fuq l-impatt tal-immigrazzjoni u tal-integrazzjoni tal-migranti fuq il-ħajja ta’ kuljum fis-soċjetà tal-UE.

Is-soċjetà ċivili għandha tkun minn quddiem biex tiddefendi l-valuri Ewropej li attwalment jinsabu mhedda

Tnax-il kelliema, inklużi ġurnalisti u akkademiċi, minn 12-il pajjiż tal-UE ħadu sehem fit-12-il edizzjoni tas-Seminar tas-Soċjetà Ċivili dwar il-Midja organizzat mill-KESE dwar it-tema Naffermaw mill-ġdid il-valuri tal-Ewropa , li sar f’Ateni fit-22-23 ta’ Novembru.

Il-KESE jirrakkomanda l-Forum dwar il-Finanzjament tal-Klima għal atturi mhux statali

< p > < strong > L-UE hija attur kruċjali fil-koordinazzjoni u l-finanzjament tal-isforzi nazzjonali u reġjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Hija tappoġġja l-azzjoni klimatika minn isfel għal fuq livell dinji iżda hemm wisq iktar li għadu jista’ jsir fl-Ewropa. F’opinjoni intitolata L-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-klima għal atturi mhux statali, abbozzata minn Cillian Lohan, il-KESE jidentifika problemi differenti li diversi gruppi qed jiffaċċaw biex jiksbu finanzjament għal proġetti ta’ azzjoni klimatika tagħhom, u joffri soluzzjonijiet possibbli.

 

L-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ekoloġika tal-UE trid issir prijorità

Implimentazzjoni fqira, frammentata u mhux indaqs tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE fl-Istati Membri qiegħda ddgħajjef il-fiduċja tan-nies fl-effikaċja tagħha. L-iżgurar ta’ implimentazzjoni xierqa trid issir prijorità għall-UE u l-Istati Membri.

Il-KESE jappella għal aktar miżuri komprensivi biex jindirizzaw il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu

Money laundering

Il-KESE jilqa’ bi pjaċir il-proposta tal-Kummissjoni biex temenda s-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja bl-għan li tindirizza b’mod aktar effettiv il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, iżda jappella għal aktar miżuri komprensivi.

L-Industrija 5.0 se tintroduċi mudell ġdid ta’ kooperazzjoni bejn il-bnedmin u l-magni

Għalkemm l-industrija 4.0 għadha kunċett relattivament ġdid, bosta esperti diġà qed iħabbru l-ħames rivoluzzjoni industrijali li se tintroduċi mudell ġdid ta’ kooperazzjoni u interazzjoni bejn il-bnedmin u l-magni. Din hija waħda mill-konklużjonijiet prinċipali tal-konferenza dwar l-industrija 5.0 organizzata mill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) fit-22 ta’ Novembru.

Il-Presidenza tal-UE tar-Rumanija: il-koeżjoni bħala valur Ewropew

Ir-Rumanija qed tieħu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel nofs tal-2019, meta numru ta’ kwistjonijiet ewlenin qegħdin fuq l-aġenda tal-UE: id-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa, li se jilħaq il-qofol tiegħu fis-Summit ta' Sibiu, il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), Brexit u – tal-aħħar iżda bl-ebda mod tal-anqas – l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

Aħbarijiet mill-Gruppi

In-nisa: l-akbar forza ta’ tfixkil fin-negozju

Mill-Grupp ta’ Min Iħaddem tal-KESE

L-Ewropa titlef EUR 370 biljun fis-sena minħabba d-differenza fl-impjiegi bejn is-sessi. Barra minn hekk, huwa statistikament ippruvat li l-kumpaniji b’aktar bordijiet ta’ tmexxija b’diversità bejn is-sessi jipproduċu riżultati aħjar. Allura, għaliex jista’ jieħu 217-il sena oħra biex jingħalaq id-distakk ekonomiku bejn is-sessi fil-livell globali, kif stmat mill-Forum Ekonomiku Dinji? Fis-17 ta’ Diċembru, kelliema ta’ livell għoli mid-dinja tan-negozju, il-politika u l-NGOs ingħaqdu mal-membri tal-Grupp ta’ Min Iħaddem biex jiddiskutu kif jista’ jinħoloq effett ta’ lieva fuq il-potenzjal enormi li n-nisa jistgħu jġibu lill-ekonomija Ewropea.

Il-Jum Internazzjonali tal-Migranti

Mill-Grupp tal-Ħaddiema tal-KESE

Il-Jum Internazzjonali tal-Migranti fit-18 ta’ Diċembru jipprovdi opportunità biex jiġu ppreżentati riflessjonijiet ġodda, abbażi ta’ konoxxenza tal-migrazzjoni bħala fattur normali f’kull soċjetà umana.

 

Nikkomunikaw aħjar l-‘Ewropa’ permezz ta’ fatti u informazzjoni solidi

Mill-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE

Dan l-aħħar il-Grupp Diversità Ewropa tal-KESE ltaqa’ mal-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) u l-Eurostat biex jakkwista l-fatti u l-informazzjoni solidi meħtieġa biex jispjega l-benefiċċji tas-sħubija fl-UE lill-organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali kif ukoll liċ-ċittadini Ewropej. Billi jiġi żgurat li kemm iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna jiksbu aċċess għal informazzjoni affidabbli u ta’ kwalità għolja, huwa possibbli li l-politika tkun informata, l-isfidi soċjetali futuri jkunu antiċipati u jkun hemm innovazzjoni.

Daqt fl-avvenimenti kulturali / tal-KESE

Elezzjonijiet Ewropej 2019: Iż-żgħażagħ Ewropej jesprimu l-fehmiet tagħhom waqt l-avveniment YEYS

Tlieta u tletin skola minn madwar l-Ewropa ser jiġu Brussell f’Marzu li ġej biex jiddibattu l-fehmiet, it-tamiet u l-aspettattivi tagħhom rigward l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Se joħorġu bi tliet proposti li jirrappreżentaw il-prijoritajiet ewlenin tal-ġenerazzjoni tagħhom li għandhom jiġu indirizzati mill-Parlament Ewropew. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) ser jiżgura li l-proposti tagħhom jaslu għand dawk li jfasslu l-liġijiet.

Wirja tal-fotografija fil-KESE tixħet dawl fuq id-diżabilità

Il-programm kulturali tal-KESE għall-2018 temm b’wirja tal-fotografija bl-isem Flimkien għall-Inklużjoni, fejn ġew eżebiti l-10 xbihat rebbieħa ta’ persuni b’diżabilità murija minn perspettiva pożittiva bħala aġenti attivi f’ħajjithom.