Is-soċjetà ċivili titlob għal aktar drittijiet soċjoekonomiċi b’saħħithom fil-Mediterran

Aktar minn 100 rappreżentant tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi membri tal-Unjoni għall-Mediterran iltaqgħu fit-13 u l-14 ta’ Diċembru f’Madrid biex jiddiskutu l-isfidi li qed jiffaċċja r-reġjun. Is-Summit tal-Euromed tal-2017 tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u ta’ Istituzzjonijiet simili ffoka fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, il-protezzjoni soċjali u ġenerazzjoni ġdida ta’ drittijiet tan-nisa fir-reġjun tal-Mediterran.

Il-parteċipanti adottaw b’mod unanimu dikjarazzjoni finali li tikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza, terroriżmu u ksur tad-drittijiet fundamentali fir-reġjun tal-Mediterran. Huwa jħeġġeġ ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE biex ifasslu mekkaniżmu effiċjenti u flessibbli biex jiżgura l-wasla legali u sikura ta’ refuġjati, li ta’ kuljum qed jinkisrulhom id-drittijiet tal-bniedem.

Il-parteċipanti enfasizzaw l-importanza ewlenija dwar id-drittijiet tax-xogħol, ekonomiċi u soċjali għall-iżvilupp ekonomiku u ta’ governanza demokratika fir-reġjun. Huma enfasizzaw ukollil-ħtieġa għal edukazzjoni affordabbli u ta’ kwalità tajba biex jitjieb l-iżvilupp soċjoekonomiku fil-Mediterran.

Is-soċjetà ċivili organizzata tħeġġeġ lill-pajjiżi Mediterranji kollhabiex jinkludu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kostituzzjoni tagħhomu biex jiżviluppaw l-istituzzjonijiet meħtieġa biex jipproteġu n-nisa minn vjolenza bbażata fuq il-ġeneru u d-diskriminazzjoni.

Is-soċjetà ċivili ħeġġet lill-ministri tax-xogħol tal-Euromed biex ipoġġu t-tema dwar il-livelli bażiċi ta’ protezzjoni soċjalifuq l-aġenda li jmiss tal-Konferenza Ministerjali dwar l-Impjiegi. (sg)