L-investiment fl-agrikoltura u fit-taħriġ dwar l-ikel jista’ jgħin biex jissawwar il-futur tal-iżvilupp tal-Mediterran

Fis-16 ta’ Novembru, il-Bureau tas-Sezzjoni Speċjalizzata tal-KESE għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent (NAT) organizza espedizzjoni fl-Istitut Agronomiku Mediterran taċ-CIHEAM f’Zaragoza (IAMZ) u fil-kooperattivi agrikoli lokali, f’Aragona, Spanja.

Il-membri semgħu kif l-IAMZ qeda rwol fundamentali għal ħamsin sena biex irawwem il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mexxejja fis-settur agroalimentari Mediterranju.

Il-membri tal-KESE ddiskutew mal-IAMZ l-importanza li jsir investiment fil-kapital uman permezz tal-edukazzjoni, it-taħriġ u l-bini tal-kapaċità biex tittejjeb il-produttività tas-settur agroalimentari fil-Mediterran u jitrawwem l-impjieg fost iż-żgħażagħ u n-nisa fl-ambjenti rurali.

Bejn 20 u 30 % tl-popolazzjoni attiva fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran huma impjegati fl-agrikoltura. L-espedizzjoni ġiet ikkombinata ma’ żjara f’mitħna taż-żejt taż-żebbuġa u vinja fir-reġjun biex il-membri jitgħallmu aktar dwar mudelli ta’ kooperazzjoni li rnexxew fis-settur agroalimentari lokali. Ġiet organizzata wkoll żjara fil-Park Naturali ta’ Moncayo biex jaraw kif jiġi ġestit l-ambjent naturali tal-foresti.(aj)