Il-futur jinsab fl-ekonomija tal-valuri

2nd Open Eyes Economy Summit in Krakow

Is-summit 2nd Open Eyes Economy fi Krakovja fl-14 u l-15 ta’ Novembru ħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jiddiskutu u jagħmlu rieżami tal-prattiki ekonomiċi u l-mentalitajiet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi attwali u futuri u biex tiġi ggarantita s-sostenibbiltà.

Delegazzjoni tal-KESE ħadet sehem fis-Summit, bil-patroċinju onorarju tal-Viċi President tal-KESE, Gonçalo Lobo Xavier. Is-Summit kien koorganizzat mil-organizzazzjoni ta’ min iħaddem Pollakka, u l-president tagħha u membru tal-KESE, Andrzej Malinowski (Grupp ta’ Min Iħaddem, PL) ħa sehem fis-sessjoni inawgurali. Il-membri tal-KESE ssieħbu fid-dibattiti biex jiddiskutu l-inkorporazzjoni ta’ valuri soċjali fl-ekonomija, il-ħolqien ta’ relazzjonijiet siewja kif ukoll l-użu aħjar tal-potenzjal .

Il-KESE jemmen li l-partijiet interessati kollha għandhom jikkontribwixxu għal soluzzjonijiet effikaċi, l-atturi ekonomiċi għandhom itejbu l-koperazzjoni tagħhom u l-leġislaturi għandhom jippjanaw minn qabel għall-bidla. Is-Summit wera li l-qligħ jibqa’ objettiv għall-ekonomija l-ġdida, iżda dan huwa interkonness mill-qrib mal-valuri soċjali u ekonomiċi. (jk)